Mulej, iftħilna!

Mulej, iftħilna!

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Kolletta

Ammen.

Iġibu lil ħutkom kollha minn kull ġens.
Iż 66:18-21

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija

Dan jgħid il-Mulej: “Għad niġi niġbor il-ġnus kollha, u l-popli ta’ kull ilsien; dawn jiġu u jaraw is-sebħ tiegħi. Jiena ngħolli għalihom sinjal, u nibgħat lil xi wħud mill-fdal ta’ Iżrael għand il-ġnus, f’Tarsis, Put, Lud, u Mesek, Ros, Tubal u Ġawan, u lejn ix-xtut imbiegħda li qatt ma semgħu bija, u qatt ma raw is-sebħ tiegħi, u huma jxandru s-sebħ tiegħi qalb il-ġnus.

U jġibu lil ħutkom kollha minn kull ġens, bħala offerta lill-Mulej; iġibuhom fuq żwiemel u karrijiet, fuq suġġetti u bgħula u iġmla, għal fuq il-muntanja qaddisa tiegħi, f’Ġerusalemm, jgħid il-Mulej: bħalma wlied Iżrael iġibu l-offerti tal-qmuħ tagħhom f’ġarar indaf fit-tempju tal-Mulej. U lil xi wħud minnhom neħodhom b’qassisin u leviti, jgħid il-Mulej”.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla

Salm 116(117):1,2

R/. (Mk 16:15): Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju.

Faħħru l-Mulej, intom ġnus kollha,
sebbħuh, intom popli lkoll! R/.

Għax kbira hi t-tjieba tiegħu magħna,
il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem. R/.

Il-Mulej iwiddeb lil min iħobb.
Lhud 12:5-7,11-1

Qari mill-Ittra lil-Lhud

Ħuti, insejtuha għalkollox il-kelma ta’ twissija li qalilkom ta’ wlied li intom: “Ibni, la twarrabx it-twiddib tal-Mulej, u la taqtax qalbek meta jċanfrek; għax il-Mulej iwiddeb lil min iħobb, jolqot lil kull min jilqa’ b’ibnu”.

Hu għall-edukazzjoni tagħkom li intom qegħdin tbatu! Alla qiegħed jimxi magħkom ta’ wlied. Min hu dak l-iben li missieru ma jwiddbux? Tassew li bħalissa kull twiddiba ma tferraħniex, imma tnikkitna; iżda mbagħad, lil dawk li jkunu tħarrġu biha, hija troddilhom il-frott ta’ ħajja mimlija bis-sliem u l-ġustizzja. Mela erfgħu l-idejn merħija u l-irkupptejn mitluqa tagħkom, u aqbdu triq dritta għal riġlejkom, biex min hu zopp, ma joħroġx mit-triq, imma jerġa’ jieħu saħħtu.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 14:6

Hallelujah. R/. Hallelujah.
Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja.
Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
R. Hallelujah.

Jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla.
Lq 13:22-30

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”. U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu: ‘Mulej, iftħilna!’. Iżda hu jweġibkom u jgħid: ‘Ma nafx mnejn intom’. Imbagħad taqbdu tgħidulu: ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna’. Hu jwieġeb u jgħidilkom: ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!’. Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ’l barra. U jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, mit-Tramuntana u min-Nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla. U araw, hawn min hu tal-aħħar u għad ikun l-ewwel, u hawn min hu tal-ewwel u għad ikun l-aħħar”.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek, Kristu.

Riflessjoni

Talba

Ammen.

The post Mulej, iftħilna! appeared first on Behold.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.