44 DUN DAVID FARRUGIA

Il-Kan. David Farrugia

Arċipriet
Dun David Farrugia twieled Ħ’Attard fl-24 ta’ April 1979. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja f’Ħal Qormi (San Ġorġ), l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli tal-Ħandaq, Ħal Qormi, u l-edukazzjoni postsekondarja fil-Junior College, l-Imsida. Kompla l-istudjiu terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Dun David ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2004. Beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien fejn serva għal sentejn, sena minnhom bħala viċi kappillan. Fl-2006 nħatar viċi kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Luqa u rettur taż-żona ta’ Ħal Farruġ fejn serva għal erba’ snin. Tul dawn is-snin kien ukoll direttur spiritwali tal-Kulleġġ San Benedittu – Skola Sekondarja Subien ta’ Ħal Kirkop. Dun David serva bħala chaplain tal-Junior College u bħala saċerdot fil-parroċċa ta’ Santa Luċija. Fl-2014 nħatar bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Safi u ilu mill-istess sena jservi bħala segretarju tal-Welfare Fund tal-Kleru.
Festa 6

Mons. Louis Camilleri

Qassis
Mons. Louis Camilleri ġie ordnat saċerdot fil-15 ta' Marzu 1970. Fil-fatt, ftit tax-xhur ilu iċċelebra l-50 sena mill-Ordinazzjoni presibiterali tiegħu. Huwa qassis wild il-Parroċċa u matul is-saċerdozju tiegħu wettaq ħidma diversa, speċjalment mal-koppji f' ta' Kana. Huwa wkoll membru fit-Tribunal Ekkleżżjastiku kif ukoll membru tal-Kapitlu Metropolitan addett għall-Katidral tal-Imdina, fejn huwa membru mill-Kunsill Tmexxija Ġenerali. Huwa wkoll is-Superjur tal-Missjoni l-Kbira.
dingli profile

Dun Matthew Pulis

Qassis
Dun Matthew ġie ordnat qassis nhar is-27 ta' April 2019. Bħalissa qed ikompli l-istudji tiegħu fil-Fakultà tat-Teoloġija ta' Malta fit-Teoloġija Pastorali. Huwa qed jirriċerka kif bħala Knisja nistgħu nibnu djalogu maż-żgħażagħ mgħarufa bħala il-Ġenerazzjoni Z permezz tal-logħob li huma jilgħabu. Huwa wkoll lettur fl-istess fakultà u wkoll riċerkatur fl-istitut tar-riċerka tad-Djoċesi - Discern. Dun Matthew huwa wkoll involut fi proġetti żgħar oħra tad-Djoċesi fejn jirrigwardja t-teknoloġija u x-xjenzi diġitali.
close

Merħba fis-sit 👋
Nistednuk iżomm ruħek informat/a bl-aħbarijiet mill-parroċċa

Aħna nobdu r-regoli tal-GDPR. Aqra l-privacy policy għal aktar dettalji.