Avviżi – 10.10.2021 – It-28 Ħadd Matul is-Sena
1. Nirringrazzjakom tal-offerti tagħkom waqt il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda li kienet ta’ €810.
2. Il-Ħadd wara l-quddiesa tad-9.30 u tal-11.00 a.m. membri tal-Kummissjoni Tfal se jkunu qegħdin ibiegħu doughnuts.
3. Inħeġġu lill-familji kollha biex speċjalment f’dan ix-xahar jitolbu r-Rużarju flimkien. Matul Ottubru wkoll, mit-Tnejn sal-Ġimgħa t-talba tar-Rużarju fil-Knisja tingħad darbtejn kuljum: fit-8.00 a.m. u wara l-quddiesa ta’ filgħaxija li jkun quddiem Ġesu’ Ewkaristija.
4. Matul il-ġimgħa d-dieħla jkomplu l-laqgħat għall-adoloxxenti li fi tmiem ix-xahar se jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Is-subien ser ikollhom laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tagħhom it-Tnejn fis-7.15 p.m. u l-bniet fil-M.U.S.E.U.M. tagħhom il-Ħamis fis-7.00 p.m.
5. Nieħu l-okkażjoni biex infakkar lill-ġenituri li għandhom ulied mill-Year 2 ‘il fuq biex jieħdu ħsieb jibgħatu lil uliedhom għad-duttrina fil-M.U.S.E.U.M. tagħhom. Dettalji tal-ħinijiet jinsabu fuq il-facebook tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. subien u bniet jew min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jkellem lill-membri tal-M.U.S.E.U.M. Il-formazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna hu investiment għaqli fil-ħajja nisranija li lkoll għandna nieħdu ħsieb li jsir sewwa.
6. Nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Ikla Maltija li titwassal dirett fid-djar tagħkom. Il-booking hu miftuħ mis-sagristija, għand il-helpers jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Had-Dingli’.
7. Il-quddiesa ta’ nhar is-Sibt fl-4.30 p.m. se tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
8. Niskużaw ruħna għal inkonvenjent li kien hemm fis-sistema tad-dawl tal-Kappella tal-Adorazzjoni. Dan kien ikkawżat minn ħsara kaġun tal-maltemp ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Din il-ħsara ssewwiet. Għat-tieni darba f’anqas minn sena, fl-aħħar jiem mill-istess post insterqet il-kaxxa tad-donazzjonijiet. Tajjeb li jekk naraw xi attvità suspettuża minn xi ħadd niġbdu l-attenzjoni mill-ewwel. Il-Kappella tal-Adorazzjoni li tinsab fuq barra ta’ Dar Don Bosco hi grazzja sabiħa li għandna fil-parroċċa fejn għandna ċ-ċans li f’ħin li hu komdu għalina mit-Tnejn sal-Ħadd bejn is-7.00 a.m. u d-9.00 p.m. immorru u f’ambjent ta’ kwiet u ġabra nitolbu quddiem Ġesu’ fl-Ewkaristija.
Ikkummenta