VSM

MARIJA ASSUNTA, Bogħod mill-għajn, imma żgur mhux mill-qalb tagħna

Għeżież Dinglin u dawk kollha li fil-jiem tal-festa se tingħaqdu magħna. Waqt li nsellmilkom, ħsibt li jkun tassew xieraq li nikteb dan l-ewwel messaġġ tiegħi għall-festa jew aħjar, li nintroduċi l-messaġġi u l-ħsibijiet tiegħi bħala Arċipriet ta’ din il-parroċċa, fid-dawl tar-realtà li Santa Marija mtellgħa s-sema, il-qaddisa patruna tar-raħal tagħna Ħad-Dingli, u saħansitra patruna tal-gżejjer Maltin, għandha tfisser għalina li nħaddnu l-fidi nisranija: “Hienja dik li emmnet ...” - “Henjin ...