avvizi parrocca

Avviżi – 17.10.2021

Avviżi – 17.10.2021 – Id-29 Ħadd Matul is-Sena

1. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa l-Arċipriet se jattendi għall-irtir annwali tas-saċerdoti. Min ikollu bżonn xi ħaġa urġenti jkellem lil xi ħadd mis-saċerdoti.

2. Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja ser ikollna tliet tiġijiet f’quddiesa tal-ħin: il-Ġimgħa fis-6.30 p.m.; is-Sibt fl-4.30 p.m.; u l-Ħadd fil-11.00 a.m.

3. Il-ġabra tal-Ħadd li ġej fil-Knisja se tkun għall-ħidmiet tal-Knisja fl-artijiet tal-missjoni.

4. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ottubru ser issir laqgħa għall-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof u l-parrini tagħhom. Il-laqgħa ser issir fil-Knisja u tibda fis-7.30 p.m. Nixtiequ navżaw minn issa li l-quddiesa tas-Sibt 30 ta’ Ottubru fis-6.30 p.m. se tkun miftuħa biss għall-adoloxxenti bniet li se jirċievu l-Griżma, il-familja tagħhom u l-parrini.

5. Nerġa’ nfakkar lill-ġenituri li għandhom ulied mill-Year 2 ‘il fuq biex jieħdu ħsieb jibgħatu lil uliedhom għad-duttrina fil-M.U.S.E.U.M. tagħhom. Dettalji tal-ħinijiet jinsabu fuq il-facebook tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. subien u bniet jew min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jkellem lill-membri tal-M.U.S.E.U.M.

6. Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru se norganizzaw attivita’ għall-irġiel. Nibdew bil-quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja u wara jkollna ikla f’Taċ-Ċanti, Ħaż-Żebbuġ.

7. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil oħtna: Giacinta Micallef. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.