avvizi parrocca

Avvizi – 28.11.2021

Avviżi – 28.11.2021 – L-1 Ħadd tal-Avvent

1. Illum qegħdin nagħtu bidu għall-Avvent li nawguraw ikun żmien ta’ tħejjija tajba għall-Milied. Matul l-Avvent, ħdejn il-bibien tal-Knisja ser ikollna kaxxi biex inġibu prodotti tal-ikel biex bihom inkunu nistgħu ngħinu lil familji fil-bżonn. Għandna wkoll inizjattivi oħra għaddejjin, fosthom min jixtieq jgħin lit-tfal f’Dar Fra Diegu jista’ jkellem lil xi membru tal-Kummissjoni Tfal. Inħeġġukom ukoll tippreparaw ruħkom spiritwalment fosthom bis-sagrament tal-qrar, fejn tistgħu tagħmlu appuntament ma’ xi ħadd mis-saċerdoti jew tiġu f’ħinijiet fejn ikollna qrar fil-Knisja.

2. Fl-aħħar Ħadd ta’ Novembru, jekk it-temp jippermetti għada l-quddiesa tad-9.30 a.m. ser issir fiċ-ċimiterju tal-parroċċa minflok fil-Knisja. Il-quddiesa se titmexxa minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna u se tkun għal ruħ ħutna l-mejtin midfuna f’dan iċ-ċimiterju. Din il-quddiesa se tixxandar ukoll dirett fuq Television Malta.

3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

4. Bejn l-Erbgħa 8 u t-Tnejn 13 ta’ Diċembru, il-parroċċa se torganizza Bazaar tal-Milied fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali. Kif tafu l-attivitajiet ta’ fund-raising huma limitati ħafna minħabba l-pandemija u għalhekk nistednukom tixtru rigali, ponsjetti u ħelu tal-Milied mill-Bazaar.

5. Fil-btala pubblika tat-8 ta’ Diċembru, il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jiġi servut dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Booking jista’ jsir fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa. Fil-weekend li ġej se jkollna wkoll bejgħ ta’ ħelu minn fuq iz-zuntier.

6. Wara li tlesta x-xogħol fuq servizzi ġodda ta’ elettriku u ilma fis-sagristiji u t-twaħħil ta’ madum u aċċessjorji ġodda fit-toilet, din il-ġimgħa beda x-xogħol ta’ tisħiħ tas-sistema li tilqa’ għas-sajjetti u protezzjoni minn żidiet għall-għarrieda fil-vultaġġ elettriku. Beda wkoll programm ta’ manutenzjoni ta’ rutina fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li ġej se tkun biex tgħin jinġabru fondi għall-ispejjeż relatat ma’ dan ix-xogħol.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.