avvizi parrocca

Avvizi – 05.12.2021

[category Avvizi]

Avviżi – 05.12.2021 – It-2 Ħadd tal-Avvent

1. Illum qed nagħmlu l-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar. Id-donazzjonijiet tagħkom ser imorru għax-xogħol ta’ tisħiħ li qed isir fis-sistema li tilqa’ għas-sajjetti u protezzjoni minn żidiet għall-għarrieda fil-vultaġġ elettriku fil-knisja, manutenzjoni ta’ rutina fiċ-Ċentru Parrokkjali u l-bdil tas-salib tal-kappella taċ-Ċimiterju li waqa’ bil-maltemp. Is-salib il-ġdid tbierek minn Monsinjur Arċisqof il-Ħadd li għadda. Nirringrazzjawkom tal-offerti li se tagħmlu.

2. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru tkun il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u jum ta’ btala pubblika. Dakinhar ikollna quddiesa barranija fit-8.30 a.m.

3. Mill-Erbgħa li ġej jiftaħ il-Bazaar tal-Milied organizzat mill-parroċċa fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali fejn ser ikollna għall-bejħ oġġetti tal-bżonnijiet ta’ kuljum, rigali, ponsjetti u ħelu tal-Milied. Il-Bazaar jibqa’ miftuħ sat-Tnejn ta’ wara u nistednukom tagħtu titwila f’dawk il-ġranet. Fid-djar se tirċievi informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ.

4. Fil-btala pubblika tat-8 ta’ Diċembru, il-Kumitat Festa Esterna qed jorganizza Pie Day, bl-ikel jiġi servut dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Booking jista’ jsir fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa.

5. Nhar il-Ħamis bejn l-4.30 u s-6.30 pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser ikun hemm il-fotografu biex issir l-għażla tar-ritratti tal-Griżma tal-Isqof.

6. Il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

7. Inħeġġukom biex f’dan iż-żmien nibdew naħsbu biex inżejnu d-djar tagħna għall-Milied b’mod speċjali bix-xbieha ta’ Ġesu’ Bambin u l-presepju. Il-parroċċa se torganizza kompetizzjoni għall-isbaħ bambin armat f’tieqa u għall-isbaħ presepju f’dar fejn ikollna żewġ kategoriji: għall-kbar u ż-żgħar. Kitba għand l-Arċipriet.

8. Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu prodotti tal-ikel biex bihom inkunu nistgħu ngħinu lil familji fil-bżonn. Għandna wkoll inizjattivi oħra għaddejjin, fosthom min jixtieq jgħin lit-tfal f’Dar Fra Diegu jista’ jkellem lil xi membru tal-Kummissjoni Tfal u l-għada tal-Milied ser ikollna inizjattiva ta’ għoti ta’ demm f’Ħad-Dingli.

9. Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ għażla ta’ ħelu Malti u ta’ dan iż-żmien tas-sena.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.