Avviżi – 13.02.2022 – Is-6 Ħadd Matul is-Sena
1. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda kienet ta’ €675. Nirringrazzjawkom tal-offerti tagħkom.
2. Infakkar lill-ġenituri fl-obbligu li jinvestu fil-formazzjoni nisranija ta’ uliedhom billi jattendu għal-lezzjonijiet tal-katekiżmu u attivitajiet oħra li jiġu organizzati fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien u tal-bniet.
3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li fih nitolbu għall-vokazzjonijiet u għall-bżonnijiet tal-familji tagħna.
4. Il-ġbir li jsir fil-Knisja l-Ħadd li ġej ikun għall-festa ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ Santa Marija li din is-sena se niċċelebrawha nhar il-Ħadd 21 ta’ Awwissu.
5. Il-parroċċa tagħna tingħaqad mal-kumplament tal-Knisja f’Malta u tilqa’ l-aħbar li l-Papa Franġisku ser iżur pajjiżna fit-2 u t-3 ta’ April li ġej. F’dan iż-żmien għandna nżommu f’talbna b’mod aktar speċjali lill-Papa biex iż-żjara tiegħu fostna tħalli ġid spiritwali bil-kotra. Il-Knisja ppreparat din it-talba bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta li nistedinkom ngħidu flimkien:
Mulej Ġesù Kristu,
għalik tixxennaq ruħna.
Agħmel, nitolbuk,
li ż-żjara tal-Papa Franġisku fostna
tkun waħda li tlaqqagħna miegħek
biex nitgħaxxqu bi mħabbtek
u, fl-Ispirtu tiegħek,
nagħrfu lkoll li aħna
ulied ta’ Missier wieħed,
u ngħixu r-rabta tagħna ma’ xulxin
fis-sliem.
Ammen.
Ikkummenta