avvizi parrocca

Avvizi – 06.03.2022

Avviżi – 06.03.2022 – L-1 Ħadd tar-Randan

1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk l-offerta li se nagħtu waqt il-ġbir se tkun għall-ġabra speċjali b’risq il-bżonnijiet tal-parroċċa.

2. Matul ir-Randan, fil-knisja qed ikollna diversi mumenti ta’ talb u mezzi kif nikbru fil-fidi tagħna. Kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa, fis-6.00 p.m. tingħad il-Via Sagra. Nhar ta’ Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija tibqa’ ssir l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

U darba f’ġimgħa, nibdew mit-Tlieta li ġej fis-7.00 p.m. qed nistednukom biex inħarsu ftit lejn episodji minn ħajjet diversi dixxipli li wieġbu għas-sejħa li għamlilhom il-Mulej. Dan se nagħmluh permezz ta’ siltiet mill-Bibbja u mis-serje Kristjana The Chosen. Se nkunu qed niddiskutu x’laqatna minn dak li smajna u rajna dwar ħajjet xi dixxipli u b’hekk ngħinu lil xulxin fil-mixja tagħna wara Ġesu’. Min ma jkunx jista jattendi jista’ jidħol fuq https://meet.parroccadingli.org/Randan22. Għal aktar dettalji u biex jirreġistra fin-newsletter ħa jżomm ruħu nfurmat bil-qari u bid-diskussjoni wieħed jista’ jidħol hawnhekk.

Bħala inizjattiva ta’ solidarjetà, fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja hemm kaxxi li fihom nistħgu nħallu oġġetti tal-ikel li qed jinġabru għal familji fil-bżonn.

3. Nirringrazzja lil dawk li avviċinawna dwar persuni li minħabba l-età jew is-saħħa mhumiex jitilgħu l-Knisja biex jitqarbnu fi djarhom. Inħeġġukom twasslu din l-istedina lil oħrajn fl-istess ċirkustanza biex ikellmu lill-Arċipriet jew lil Monsinjur Louis Camilleri.

4. Nhar il-Ħadd li ġej, membri tal-Kummissjoni Tfal se jbiegħu minn fuq iz-zuntier zeppoli ta’ San Ġużepp. Dan ser isir wara l-quddiesa tat-8.00, tad-9.30 u tal-11.00 a.m. Se jieħdu wkoll ordnijiet mingħand dawk li jixtiequ li nwassluhomlhom id-dar.

5. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-ewwel tqarbina. Il-laqgħa ssir fil-Knisja u tibda fis-7.15 p.m.

6. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil oħtna Adelina Gauci. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

[end]

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.