avvizi parrocca

Avvizi – 01.05.2022 – It-3 Ħadd tal-Għid

[category avvizi]

Avviżi -01.05.2022 – It-3 Ħadd tal-Għid

1. Il-ġabra li ser issir il-lejla hi dik speċjali tal-Ewwel Ħadd tax-Xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

Fil-ġranet li għaddew, waslulna partijiet minn brazzi li jkunu armati madwar l-artal fil-festi li nxtraw bħala spare parts. Dan sar billi dawk li kellna tul iż-żmien naqsu għax kien meħtieġ jintużaw.

Wara li fl-aħħar ġimgħat, il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lestew l-ewwel fażi tax-xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ ta’ Dar Dun Ġwann Abela, il-parroċċa tirringrazzja lill-persuna li volontarjament għorkot il-madum u lil min qed jieħu ħsieb jattrezza l-post u l-indafa. Tlesta wkoll ix-xogħol ta’ manutenzjoni u restawr tal-ħajt l-antik tal-knisja minn barra u tal-apramorta tal-bejt. Nhar l-Erbgħa tlesta l-armar tal-koppla minn ġewwa u fil-jiem li ġejjin jista’ jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni u żebgħa. Grazzi lil kull min qed jagħti sehmu f’dawn il-proġetti b’ħidma volontarja u b’donazzjonijiet biex jinġabru l-ispejjeż.

Il-parroċċa tirringrazzja wkoll lill-irġiel li attendew ikla li saret din il-ġimgħa u li f’ġabra spontanja li saret taw bejniethom €740.

2. Fi tmiem din il-ġimgħa, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley u Dun Matthew Pulis qegħdin itemmu l-ħidma pastorali tagħhom fostna. Nirringrazzjawhom tas-servizz li taw fis-snin li għaddew u nwegħduhom it-talb tagħna. Mill-ġimgħa d-dieħla nilqgħu fostna lill-Arċipriet il-ġdid, Dun David Farrugia, li se jkun ir-ragħaj spiritwali ta’ din il-parroċċa.

3. Fid-djar tagħna tqassmet informazzjoni dwar proġetti ta’ armar li qed isiru għall-festa u envelopes għall-offerti tagħna b’risq l-istess proġetti. L-envelopes għandhom jitħallew fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti jew fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali jew f’kaxxi li hemm apposta f’xi ħwienet skont kif indikat fuq l-envelopes stess.

[end
]
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.