avvizi parrocca

Avvizi – 17.04.2022

[category avvizi]

Avviżi – 17.04.2022 – L-Għid il-Kbir

1. L-Arċipriet flimkien mal-kleru u l-komunita’ Salesjana jawguraw lil kulħadd l-Għid it-Tajjeb. Il-quddiesa tal-Ħadd fid-9.30 se tkun organizzata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara nkomplu fuq iz-zuntier bit-tberik tal-figolli li t-tfal ikunu ġabu magħhom. Wara l-quddiesa tal-4.30 p.m. joħroġ il-Vjatku Solenni tal-morda.

2. Nhar is-Sibt li ġej, il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza “Ikla Maltija” li titwassal dirett fid-djar tagħkom f’nofsinhar jew filgħaxija. Booking mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija Ħad-Dingli”.

3. Nhar il-Ħadd nistgħu nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li se tkun fil-pjazza ħdejn il-knisja bejn it-8.30 am u s-1.00 pm. Min se jersaq biex jagħmel dan il-ġest ta’ solidarjetà għandu jippreżenta l-karta tal-identità.

4. Nhar il-Ħadd tiġi ċċelebrata l-festa tal-Ħniena Divina. Fl-4.00 p.m. tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat u fil-5.00 tiġi ċċelebrata l-quddiesa. Minn dakinhar, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5.00.

5. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ April il-parroċċa se torganizza attivita’ għall-irġiel. Nibdew bil-quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja u wara jkollna Ikla f’Taċ-Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Din se tkun waħda mill-okkażjonijiet tal-aħħar biex l-irġiel jiltaqgħu ma’ Dun Mark Mallia Pawley u Dun Matthew Pulis li fil-jiem ta’ wara ser itemmu l-ħidma pastorali tagħhom fostna. Booking għall-ikel mis-sagristija.

[
end]
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.