Mattew 4:23-25
U dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu. Il-fama tiegħu xterdet mas-Sirja kollha, u bdew iġibulu lil kull min kellu xi hemm fuqu, dawk li kienu jbatu b’xi mard jew uġigħ, il-maħkumin mix-xitan, il-morda b’tal-qamar, il-mifluġin, u kien ifejjaqhom. U bdew imorru warajh folol kbar mill-Galilija, mid-Dekapoli, minn Ġerusalemm u mil-Lhudija, u mill-inħawi ’l hemm mill-Ġordan.
Diskussjoni
1. X’kien l-aktar mument li laqtgħek? Għala
2. Ġakbu ż-żgħir jilmenta hekk: One thing that is annoying to me is these people. They are believing in him and praising him . . . and it’s because he’s healing them, the Samaritans. . . . I just don’t know how many would believe in him if he wasn’t healing them. – X’inhi r-reazzjoni tiegħi għal dal-ħsieb?
3. X’ser tieħu miegħek minn dawn l-eżerċizzji b’differenza?
Ikkummenta