avvizi parrocca

Avvizi – 08.05.2022

[category avvizi]

Avviżi -08.05.2022 – Ir-4 Ħadd tal-Għid

Jum il-Karita’ u Jum il-Vokazzjonijiet

1. Illum 08/05:

· Il-ġbir f’kull quddiesa ser ikun għall-ħidmiet ta’ karita’ li twettaq il-Knisja f’Malta permezz ta’ diversi djar u istituzzjonijiet

· Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.

2. It-Tnejn 09/05 niċċelebaw il-Festa ta’ San Ġorġ Preca:

· Fis-6:30pm – Quddiesa animata mill-membri tal-oqsma tal-MUSEUM tal-parroċċa. Kulħadd mistieden jattendi.

3. Il-Ħamis 12/05:

· Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Se nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi, b’mod speċjali għat-tliet irġiel li se jiġu ordnati saċerdoti minn Monsinjur Arċisqof nhar is-Sibt li ġej fid-9.30 am fil-Katidral tal-Imdina. Nifirħulhom u nitolbu għalihom.

4. Il-Ħadd 15/05 :

· Il-ġbir fil-quddies ikun għall-ispejjeż tal-fersta ta’ barra ta’ Santa Marija. Nieħdu l-okkażjoni nfakkrukom fil-ġabra li qed issir għall-armar, bl-envelopes għandhom jitħallew fil-kaxxa fil-knisja jew fejn indikat fuq l-envelope stess li revejtu d-dar.

5. Avviż mill-Kunsill Lokali:

· It-Tnejn 09/05, fid-9:30am ser issir laqgħa għall-anzjani kollha fid-Day Centre fejn se jingħata tagħrif dwar is-servizzi offruti mid-Dipartiment tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’.

6. Is-Sibt 21/05:

· Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba minn din il-ġimgħa fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.

7. Matul din il-ġimgħa daħlu

· € 720 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda b’risq il-parroċċa;

· € 52 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Nirringrazzjakom.

8. Nitolbu għal ruħ Carmelo Farrugia li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

[
end]
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.