Avviżi – 15.05.2022 – Il-5 Ħadd tal-Għid
Il-Jum Internazzjonali tal-Familja
1. Illum 15/05:
· Il-ġbir f’kull quddiesa ser ikun għall-ispejjeż tal-festa esterna ta’ Santa Marija.
2. L-Erbgħa 18/05:
· Mis-7:15 sat-8:00pm – Laqgħa tal-Abbatini. Isiru nhar ta’ Erbgħa.
3. Il-Ħamis 19/05:
· Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fejn se nitolbu għall-familji tagħna.
4. Is-Sibt 21/05:
· Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli” sa nhar il-Ħamis f’nofsinhar.
5. Avviżi oħra:
· Il-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa se jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja. Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna jew familja fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju. Nominazzjonijiet għal dan il-premju bid-dettalji kollha għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.
· Kif tistgħu tinnutaw il-bankijiet u s-siġġijiet fil-Knisja treġġgħu lura għan-normal. Jonqos issa li l-Knisja terġa’ timtela bin-nies. L-Arċipriet jixtieq jiltaqa’ magħkom anke peress li din is-sena t-tberik mhux ser isir. Napprezza twasslu dan il-messaġġ lil min tafu. Inħaġġiġkom biex nibqgħu responsabbli fosthom billi napplikaw is-sanitizer provdut ħdejn il-bieb il-kbir. Il-parroċċa tirringrazzja lil kull min fis-sentejn li għaddew għen fl-arranġamenti tal-pandemija bħala usher fosthom billi prova d-deni fid-dħul u ‘l dawk li għenu fit-tindif tal-bankijiet u s-siġġijiet.
6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
· € 720 bħala ġabra tal-Ħadd li għadda għall-ħidmiet ta’ karita’ mwettqa mill-Knisja f’Malta; u
· € 5 bħala donazzjoniji b’risq il-parroċċa. Nirringrazzjakom.
[end]
Ikkummenta