avvizi parrocca

Avvizi – 17.07.2022

Avviżi  – 17.07.2022  –  Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena

1. Illum 17/07:

Il-ġabra fil-quddiesa tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.

2. Il-Ħamis 21/07:

Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.

3. Il-Ġimgħa 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena:

Fis-7:30pm – Quddiesa quddiem il-kappella, iddedikata lilha, fuq l-irdum. Wara jkollna attività soċjali li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. Il-biljetti għall-ikel huma għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa jew tal-fund-raising tal-parroċċa. Il-Ġimgħa fil-għaxija ma ssirx quddiesa fil-Knisja Arċipretali.

Avviżi oħra:

4. Il-Kumitat Festa Esterna beda l-ġbir bieb bieb tal-envelope bl-offerta tagħna għall-festa ta’ barra. Dettalji tal-ispejjeż u aktar informazzjoni fil-fuljett li qed jitwassal fi djarkom u li jinkludi l-envelope. Inħeġġiġkom tikkoperaw u tkunu ġenerużi. 

5. Infakkru li qed nagħmlu sejħa għal abbatini ġodda. It-tfal subien li huma mħajrin – minn dawk li għamlu l-Preċett ’il fuq – jistgħu jinkitbu fis-sagristija jew jinfurmaw lill-Arċipriet.

6. Infakkru li l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq sa nhar l-Erbgħa (20/07).

7. L-Erbgħa 27/07: Fis-7.00 am – Tluq minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija għal ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, żjara l-monti n-Nadur, ikel u għawm f’Marsalforn. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.

8. Fetħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet mill-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, b’ċans li wieħed igawdi minn 10 boroż ta’ studju ta’ € 2,000-il waħda għal min japplika. Dan biex aktar nies jitħajru jidħlu aktar fil-fond tal-għarfien ta’ aspetti tal-fidi nisranija. Dettalji jinkisbu mill-website u l-paġna ta’ facebook tal-Fakultà.

9. Nitlobkom biex ma tipparkjawx karozzi quddiem il-garaxx tad-Dar Parrokkjali, kif wara kollox hemm nota dwar dan, ħlief jekk mhux bil-permess tiegħi (tal-arċipriet) stess, minħabba li l-impenji u l-emerġenzi mhux dejjem ikunu prevedibbli. Napprezza kull koperazzjoni.

10. Nitolbu għal ruħ Emanuel Micallef li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

[end]

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.