Avviżi – 24.07.2022 – Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 24/07; Open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Min se jattendi jista’ jara x-xogħol ta’ restawr li sar, jinżlu fil-kripta, jiltaqgħu mal-isqfijiet, jattendu għall-quddiesa, jipparteċipaw f’taħdidiet informattivi u jsiru jafu aktar dwar il-ħidma pastorali li ssir mill-Knisja f’Malta.
- Illum ukoll hu l-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani. Nawgurawlhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol u l-kontribut tagħhom fis-soċjeta’ tagħna.
- It-Tlieta 26/07; Fl-okkażjoni tas-60 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca, il-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda ser tkun miftuħa bejn is-7:00am u 12:00pm u bejn l-4:00pm u l-10:00pm, bil-quddies ikun fis-7:30am u fis-7:00pm. Kulħadd hu mistieden li jsib ħin biex imur jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.
- L-Erbgħa 27/07; Ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, żjara l-monti n-Nadur, ikel u għawm f’Marsalforn. Kitba għand il-membri tal-fund-raising. Tluq fis-7:00am minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija.
- Il-Ħamis 28/07; Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 29/07; Fit-8.00 p.m. il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza American & Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. L-attivita’ tinkludi tombla u ikel fuq stil Amerikan. Booking fis-sagristija jew mill-facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Avviżi oħra:
Fuq wara tal-knisja se jitqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn. Tajjeb nuru ġenerożità mal-proxxmu tagħna.
Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbukom tgħarrfuna bihom biex bħala Parroċċa, permezz tal-Kummissjoni Djakonija b’mod speċjali, inkunu nistgħu nikkuntattjawhom u possibilment inżuruhom.
Erba’ ġimgħat oħra niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija. Fil-knisja u barra l-armar miexi sewwa. Se ninfurmakom b’xi ġranet li tajjeb nieħdu nota tagħhom biex nattendu:
Il-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu nibdew il-kwindiċina tal-festa b’nofs t’inhar adorazzjoni fil-Knisja filgħodu waqt li l-quddiesa tas-6.30 pm se tiġi ċċelebrata fl-ispazju miftuħ Dylan Zahra quddiem il-grawnd tal-futbol; u
L-għada s-Sibt 6 ta’ Awwissu, qed nistiednu lid-Dinglin kollha ningħaqdu ma’ Marija Assunta għal quddiesa fis-6.30 p.m. li se tiġi ċċelebrata minn fuq iz-zuntier tal-knisja u wara jkollna Velja Marjana. Dakinhar issir quddiesa waħda filgħaxija.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Awwissu filgħaxija, Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna jmexxi l-quddiesa tal-bidu uffiċċjali tal-ħidma pastorali tal-Arċipriet il-ġdid fostna.
Xi attivitajiet oħra . . . . . l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu ser issir il-Mixja tal-Festa bil-waqfa din is-sena ser tkun fil-ġonna tal-Palazz Verdala fil-Buskett. Min jixtieq jiġi jista’ jinkiteb fis-sagristija; u t-Tnejn 15 ta’ Awwissu ser isir il-Pellegrinaġġ tal-Muturi bis-sewwieqa jiltaqgħu fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr fl-9.45 a.m. u jsuqu lejn Ħad-Dingli.
Ikkummenta