Avviżi – 31.07.2022 – It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- L-Erbgħa 03/08: Fis-7.00pm, minn ħdejn il-Knisja tibda l-Mixja tal-Festa bil-waqfa ser tkun fil-ġonna tal-Palazz Verdala fil-Buskett. Min jixtieq jiġi jista’ jinkiteb fis-sagristija.
- Il-Ħamis 04/08: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù sagramentat.
- Il-Ġimgħa 05/08 – Bidu tal-Kwindiċina (15-il ġurnata ta’ tħejjija għall-festa)
Filgħodu – Isir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom;
Il-Knisja se tkun miftuħa bejn it-8.00 am u 12.00 pm għal talb u adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat;
Fit-8:30 am – Qrar minn konfessur barrani;
Fid-9:00 am – Se ikollna magħna lis-Superjur Joe Fenech li se jmexxi mument ta’ adorazzjoni organizzat.
Fis-6:30 pm – Quddiesa tal-bidu tal-Kwindiċina ċċelebrata mill-ispazju miftuħ Dylan Zahra fi Triq Ġuże’ Ellul Mercer (quddiem il-grawnd tal-futbol).
Wara – Purċissjoni bis-sagrament li tgħaddi minn dawn it-toroq: Ġuże’ Ellul Mercer, Ġużi Cutajar, il-31 ta’ Diċembru 1678, l-Irdum, il-Kbira, Santu Rokku u l-Parroċċa. Fil-Knisja ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
- Is-Sibt 06/08, Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej:
– Jum il-Komunita’ Parrokkjali taħt il-patroċinju ta’ Santa Marija
Filgħaxija jkollna quddiesa waħda fil-parroċċa li għaliha qed nistiednu lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli. It-tfal mistiedna jġibu magħhom maktur iddisinjat minnhom b’tema marjana. Il-quddiesa tas-Sibt li ġej filgħaxija se tibda fis-6.30 p.m. u se tiġi ċċelebrata minn fuq iz-zuntier tal-Knisja mill-Arċipriet tax-Xagħra, Mons. Carmelo Refalo. Wara, tinħareġ l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija fil-portiku tal-Knisja, u tibda Velja Marjana, il-funzjoni tal-Kwindiċina u tingħata l-Barka Sagramentali.
Fit-8:30pm – Pasta Buffett organizzat mill-Kumitat Festa Esterna fil-pjazza ħdejn il-Knisja. Kitba fis-sagristija jew mill-facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- Il-Ħadd 07/08: – Ma’ Marija Assunta nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa
Il-ġbir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħasdd li ġej ikun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.
Fid-9:30am – Quddiesa għall-familji bit-tfal organizzata mill-Kummissjoni Tfal. Fiha ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra.
- Avviżi oħra:
Matul il-ġimgħa d-dieħla se jitqassam fi djarkom il-programm tal-festa ppubblikat mill-parroċċa li fih id-dettalji kollha relatati maċ-ċelebrazzjoni tal-festa lil Santa Marija.
Fejn il-bibien tal-knisja tqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
Infakkru li jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, tgħarrfuna bihom biex bħala Parroċċa, permezz tal-Kummissjoni Djakonija b’mod speċjali, inkunu nistgħu nikkuntattjawhom u possibilment inżuruhom.
It-Tlieta 09/08, se jkollna ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
Is-Sibt 13/08, fid-9:00am ser issir il-quddiesa ta’ żmien il-festa għall-anzjani. Jekk hawn xi anzjani li jixtiequ jattendu u jeħtieġu trasport għandhom jinkitbu mill-aktar fis id-Day Centre li f’isem il-Kunsill Lokali qed jikkoordina l-arranġamenti għat-trasport, anke ta’ min hu fil-wheelchair.
- Matul din il-ġimgħa daħlu: € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
Ikkummenta