Avviżi – 07.08.2022 – Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena
1. Illum 07/08:
- Il-ġbir fil-quddies ta’ tmiem din il-ġimgħa jkun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.
- Fil-quddiesa tad-9.30 a.m. ser issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda. Tajjeb ninfurmawkom tul dan ix-xahar għandna 4 abbatini mill-parroċċa li qed jagħtu servizz ta’ 10t’ijietm fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Bħalissa hemm Julian Baldacchino u Nicholas Balzan u dalwaqt imorru Aaron Azzopardi u Jayden Chircop.
2. It-Tnejn 08/08:
- Il-quddiesa tas-6.30 p.m. se tiġi ċċelebrata f’Misraħ Frenċ Abela, quddiem il-każin tal-banda u mhux fil-Knisja. Dan ser isir fl-okkażjoni tat-tifkira mit-twaqqif tal-banda u l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-każin.
3. It-Tlieta 09/08:
- Fit-8:00am – Tluq minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija għall-ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
- Filgħaxija ser ikollna ċelebrazzjoni għat-tfal fl-okkażjoni tal-festa. Fil-5:30pm, it-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna sabiħ. Minn hemmhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti u fis-6:30pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien. It-tfal jingħataw tifkira fl-okkażjoni tal-festa.
4. L-Erbgħa 10/08:
- Fit-8:00pm – Quddiesa fil-knisja organizzata għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Wara nkomplu b’attivita’ soċjali flimkien fl-Oratorju Salesjan.
5. Il-Ħamis 11/08:
- Fis-6:30pm – Quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet, li wara jmexxi mument ta’ talb quddiem Ġesu’ Sagramentat bi tħejjija għall-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tiegħu bħala l-Arċipriet il-ġdid tagħna.
6. Il-Ġimgħa 12/08: Il-bidu uffiċċjali tal-ħidma pastorali tal-Arċipriet.
- Fil-5.15 pm – Il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija tibda marċ mill-każin. Minn quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali jingħaqdu f’korteo mal-banda l-Arċipriet, il-familja tiegħu u rappreżentanza mill-komunita’ parrokkjali. Fis-6.30 pm, Mons. Arċisqof imexxi quddiesa li fiha l-Kan. David Farrugia jieħu l-pussess bħala Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli hu mistieden jattendi. Wara jsir riċeviment għal kulħadd fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
7. Is-Sibt 13/08:
- Fid-9.00 am – Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Jekk hawn xi anzjani li jixtiequ jattendu u għandhom bżonn trasport għandhom jinkitbu mill-aktar fis id-Day Centre li f’isem il-Kunsill Lokali qed jikkoordina l-arranġamenti għat-trasport, anke ta’ min hu fil-wheelchair.
- Filgħaxija, fil-quddiesa tas-6.30, se nitolbu għal ħutna l-mejtin b’mod speċjali dawk li mietu fl-aħħar sena. Il-familjari tagħhom mistiedna jattendu.
8. Il-Ħadd 14/08: Il-Vġili ta’ Santa Marija
- Dakinhar ser ikollna żewġ inizjattivi importanti ta’ solidarjeta’ li se nieħdu fi żmien il-festa. L-ewwelnett, il-ġbir li jsir fil-quddies ta’ tmiem il-ġimgħa li ġejja se tkun l-għotja ta’ karita’ tal-parroċċa għal żmien il-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lil Hospice Malta li jinsabu fl-aħħar fażi tal-proġett St Michael Hospice.
- Bejn it-8:30am u s-1.00 p.m. qed nistednukom tiġu tagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela.
- Fid-9:00am – Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju, Mons. Joe
Galea Curmi li fiha niċċelebraw id-don tal-ħajja. Dan ser isir fil-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul l-aħħar sena li fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Mistiedna wkoll il-koppji li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbija fil-ġuf. Nieħdu nota li din il-quddiesa mhix se tibda fid-9.30 iżda fid-9.00 a.m.
9. Avviżi oħra:
- Il-programmi tal-festa tqassmu f’kull dar. Inħeġġukom taqraw l-artiklu, issegwu l-programm u tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet organizzati. F’dawn il-jiem, il-kolletturi tal-parroċċa qed iduru d-djar jiġbru l-offerta għall-festa ta’ ġewwa fl-envelope li tqassam mal-programm. Min ma jkunx id-dar, jista’ jħalli l-envelope il-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
- Sal-Ħadd li ġej ħdejn il-bibien tal-knisja ser ikun hemm kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
- L-Arċipriet qed jilqa’ offerti mingħand għaqdiet u individwi għall-bukketti ta’ imħabba lil Santa Marija; b’offerta għall-ispejjeż tal-fjuri u l-flus li jibqa’ jintużaw għal proġetti li jitgawdew is-sena kollha; fil-każ ta’ din is-sena għall-manutenzjoni li qegħdin nagħmlu fil-koppla u diversi proġetti li l-parroċċa għandha. Inħalli f’idejn il-ġenerożità tagħkom biex dawn l-inizjattivi nwettquhom.
- It-Tnejn 15 ta’ Awwissu ser isir il-pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. Is-sewwieqa tal-muturi jiltsaqgħu fuq iz-zuntier tal-Imġarr fid-9.30 a.m. biex fl-10.00 jitlaq il-pellegrinaġġ.
- Il-majjalata għall-briju tal-marċ tal-festa se ssir it-Tlieta 16 ta’ Awwissu filgħaxija. Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ fosthom mis-sagristija.
- Minn fuq iz-zuntier tal-knisja għandna għall-bejgħ pavaljuni u banners għall-gallariji, xbieha ta’ Santa Marija fuq it-tila u biljetti tal-lotterija tal-festa.
10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 160 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
Ikkummenta