Avviżi – 18.09.2022 – Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 18/09, Jum l-Art Imqaddsa:
- Il-ġbir fil-quddiesa jmur għal ħidmet il-Patrijiet Franġiskani fil-ħarsien ta’ postijiet sagri fl-Art Imqaddsa.
Il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli.
- Fit-8:00am – Il-quddiesa ser issir fl-Oratorju Salesjan (u mhux fil-knisja), u wara jiġi inawgurat ir-restawr tan-niċċa tal-Kunċizzjoni u jkomplu diversi attivitajiet fiċ-ċentru tar-raħal.;
- Filgħaxija, fis-6.15 jibda marċ mill-banda ta’ Ħad-Dingli u fis-7.30 l-Kunsill Lokali qed jistieden lil kulħadd għal serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali.
2. Il-Ħamis 22/09:
- Fis-7:00pm ikollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
3. Il-Ġimgħa 23/09, JESUS FEST:
- Fis-6:30pm – Quddiesa ta’ Għeluq is-Sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien li fiha qed nistiednu lit-tfal kollha biex jiġu mal-familjari tagħhom. Wara jkollna logħob u ikel. Bookings għall-ikel mis-sagristija jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni Tfal.
4. Il-Ħadd 25/09, il-Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati:
- Fid-9:30am – Quddiesa li fiha qed nistiednu b’mod speċjali lill-għalliema li huma jew joqgħodu fil-parroċċa tagħna, u lit-tfal kollha biex jiġu bil-basktijiet jew xi affarijiet tal-iskola biex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena skolastika u edukattiva ġdida.
5. Avviżi marbutin mad-duttrina għal din is-sena:
- Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru ser isir il-ftuħ tas-sena tad-duttrina tat-tfal kollha li jattendu fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. fil-Parroċċa tagħna. Għaldaqstant, ġenituri li għandhom tfal li se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina jew il-Griżma tal-Isqof is-sena d-dieħla għandhom jirreġistraw lil uliedhom għad-duttrina. Il-formoli tar-reġistrazzjoni jistgħu jinġabru l-ġimgħa d-dieħla mill-MUSUEM tas-Subien u l-ġimgħa ta’ wara mill-MUSEUM tal-Bniet f’dawn il-ħinijiet:
Il-formoli jistgħu jinġabru f’dawn il-jiem u ħinijiet:
– Mill-M.U.S.E.U.M. tas-Subien:
It-Tnejn 19 ta’ Settembru bejn is-7.00pm u t-8.00 pm;
It-Tlieta 20 ta’ Settembru bejn is-6.30pm u t-8.00 pm; u
Il-Ħamis 22 ta’ Settembru bejn is-7.00pm u t-8.00 p.m.
– Mill-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet:
It-Tnejn 26/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
It-Tlieta 27/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm; u
Il-Ħamis 29/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm.
Ir-reġistrazzjoni ssir billi jitolbu 2 formoli mingħand is-Superjuri jew iniżżluhom online mill-paġni ta’ facebook tal-museumijiet stress. Wara li jimlewhom u jhemżu ċ-ċertifikat tal-Magħmudija li jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-post fejn irċevew dan is-sagrament, jerġgħu jgħadduhom lis-Superjuri mill-aktar fis. Dawk li ser ikun hemm xi tibdil fejn jattendu d-duttrina, mitluba jinfurmaw lis-superjuri wkoll. Għal din is-sena wkoll mhux ser ikun hemm il-klassi tal-Infantili (Yr 1).
- Tajjeb napprezzaw l-isforzi li qed isiru fl-oqsma tal-Museumijiet biex ikunu fi stat tajjeb, kemm ta’ ndafa u kemm ta’ sigurtà. Nitlob lil min jista’ biex juri l-apprezzament tiegħu anke b’xi donazzjoni finanzjarja lis-Superjuri tal-Museumijiet tagħna biex ngħinuhom iwettqu l-missjoni tagħhom u jlaħħqu mal-ispejjeż ta’ kuljum u manutenzjoni. Niftakru li l-membri tal-M.U.S.E.U.M. jagħtu dan il-ħin mingħajr ma jieħdu xejn għall-ġid tat-tfal u l-adoloxxenti tagħna.
6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
7. Fl-aħħar jiem, Salvina Zammit għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej il-mistreħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta