Avviżi – 25.09.2022 – Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 25/09, il-Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati:
- Fid-9.30am – Quddiesa li fiha qed nistiednu b’mod speċjali lill-għalliema, professjonisti oħra fl-edukazzjoni u lit-tfal kollha biex jiġu bil-basktijiet l-pockets tal-iskola sabiex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka fuqhom fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena skolastika u edukattiva ġdida.
2. Il-Ħamis 29/09:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
3. Is-Sibt 01/10, niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju:
- Fl-4.00pm – Nitolbu t-talba tal-Għasar;
- Fl-4.30pm – Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet Kan. David Farrugia, u animata mill-Kor Parrokkajli ‘Regina Coeli’. Wara, għall-ħabta tal-5.15 pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġużé Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-parroċċa. Fi tmiem tingħata l-Barka Sagramentali. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem flimkien bħala familja għall-quddiesa u l-purċissjoni u nġibu magħna l-kuruna tar-rużarju;
- Fis-6.30pm – Tiġi ċċelebrata quddiesa oħra fil-Knisja. Infakkru li matul ix-xahar ta’ Ottubru, ir-Rużarju fil-Knisja jingħad:
– Filgħodu: wara l-quddiesa tas-7:30; u
– Filgħaxija: fis-6:00 quddiem Ġesù Sagramentat.
Inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu din it-talba wkoll fil-familji tagħna.
4. Mill-Ħadd 2/10, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4:30pm u mhux fil-5:00pm.
5. Il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd ta’ Ottubru u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali li tmur għall-manutenzjoni tal-koppla.
6. Ġenituri li ppreżentaw lil uliedhom lil Santa Marija fil-festa ta’ din is-sena u tas-sena l-oħra jistgħu jixtru r-ritratt ta’ tifkira mis-sagristija.
7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 530 bħala ġabra għall-Art Imqaddsa; u
- € 60 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Nirringrazzjakom tal-offerti tagħkom.
Ikkummenta