Avviżi – 02.10.2022 – Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 02/10:
- L-offerti li se tagħtu fil-ġabra li ser issir issa ser ikunu għall-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar u li se tmur għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa.
- Mil-lum 2/10, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4.30pm u mhux fil-5.00pm.
- Issa li bdejna x-xahar ta’ Ottubru li l-Knisja tiddedika għar-Rużarju, inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu din it-talba fil-familji tagħna. F’Ottubru, fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa r-Rużarju fil-knisja jingħad darbtejn darbiet kuljum: fit-8.00 a.m. u fis-6.00 p.m. quddiem Ġesu’ Ewkaristija.
- It-Tnejn 03/10:
- Fid-9.30am – Quddiesa fid-Day Centre tal-Anzjani.
- It-Tlieta 04/10:
- Fis-7.30pm – Laqgħa għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Il-Ħamis 06/10:
- Fis-7:30pm – Laqgħa fil-M.U.S.U.E.M. tal-bniet għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof fl-aħħr ta’ dan ix-xahar.
- Il-Ġimgħa 07/10, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu, isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8.30am u fis-5.45pm jkollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
- Mit-Tnejn 10/10 sal-Ġimgħa 14/10 ser ikollna l-Ġimgħa Familja:
- F’dawk il-jiem, mis-7.00 sas-7.45pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser isiru laqgħat ta’ formazzjoni għall-koppji miżżewġa u l-għarajjes. Inħeġġiġhom iħallu dawn il-ħinijiet liberi minn impenji oħra biex jattendu u jisimgħu l-kelma tal-kelliema mistiedna, esperti f’oqsma differenti fil-ħajja tal-familji tagħna. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Aktar dettalji fil-programm li ser jitqassam fi djarkom u fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Fi tmiem dik il-ġimgħa, nhar il-Ħadd 16/10, mid-9.30am sa 12.00pm isir seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ is-sena d-dieħla, li jkun jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
- It-Tlieta 11/10:
- Wara waqfa minħabba l-pandemija se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. Se nibdew b’quddiesa fid-9:00am fiċ-Ċentru Parrokkjali u wara nkomplu b’attività soċjali. Dawn il-laqgħat huma miftuħa għan-nisa kollha: miżżewġa, romol u xebbiet u għalissa ser ikunu qed isiru darba kull ħmistax-il ġurnata. Inħeġġeġ għal attendenza sabiħa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 30 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
- Nitolbu għal ruħ Garrit Van Kuilenberg li għadda għal ħajja ta’ dejjem.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠
Ikkummenta