avvizi parrocca

Avviżi – 09.10.2022

Avviżi – 09.10.2022  –  It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Mit-Tnejn 10/10:
    • Il-parroċċa qed tiddedika din il-ġimgħa għall-familja. Għalhekk ta’ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00pm u t-7:45pm ser isiru laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna, irridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom permezz ta’ laqgħat b’suġġetti attwali li se jkunu ndirizzati minn kelliema esperti fosthom patri Franġiskan fundatur tas-Soup Kitchen tal-Belt Valletta, tabib, saċerdot mit-tribunal tal-knisja, kelliem mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, u Avukat. Inħeġġukom tattendu. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Aktar dettalji fil-programm li tqassam fi djarkom u fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
  2. It-Tlieta 11/10:
    • Se jerġa’ jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. Qed nagħmlu stedina lin-nisa kollha: miżżewġa, romol u xebbiet biex jattendu għal laqgħat li se jorganizza dan il-grupp. It-Tlieta li ġej se nibdew b’quddiesa fid-9:00am fiċ-Ċentru Parrokkjali u wara nkomplu b’attività soċjali. Din hi opportunita’ oħra ta’ tagħlim, formazzjoni u mezz ta’ soċjalizazzjoni offruta mill-parroċċa. Inħeġġu għal attendenza sabiħa.
  3. Il-Ħadd 16/10:
    • Mid-9:30am sa 12:00pm ser isir Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2023, u jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
  4. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 700 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-koppla;
    • € 50 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.