avvizi parrocca

Avviżi – 23.10.2022

Avviżi – 23.10.2022  –  It-30 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 23/10, Jum il-Missjoni:
    • Nitolbu ħalli l-Mulej jimliena bil-ħeġġa biex inkomplu nxandru l-bxara t-tajba tal-Evanġelju u ejja nitolbu lill-Madonna sabiex tbierek u tipproteġi lill-missjunarji kollha fil-ħidmiet varji tagħhom. L-offerta tagħna fil-quddiesa tkun bil-għan li nipprovdu għajnuna finanzjarja lill-missjunarji biex iwettqu l-ħidmiet tagħhom ta’ karità. Infakkru wkoll li rċevejtu bil-posta envelope apposta. Tistgħu tibgħatu l-offerta tagħkom lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħallu l-envelope bid-donazzjonijiet mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti.
  2. It-Tnejn 24/10:
    • Fis-7.00 pm, l-Arċipriet jiltaqa’ mal-adolexxenti li ser jirċievu l-Griżma fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
  3. It-Tlieta 25/10:
    • Fid-9.00 am Jerġa’ jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrokajali. Il-kelliem mistieden hu Dr Joe Ferriggi. Infakkru li dawn il-laqgħat li qegħdin isiru kull ħmistax-il ġurnata, fil-jum tat-Tlieta, huma miftuħa għan-nisa kollha: miżżewġa, romol u xebbiet. Inħeġġu għal aktar attendenza sabiħa.
    • Fis-7.00 pm, l-Arċipriet jiltaqa’ mal-adolexxenti li ser jirċievu l-Griżma fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
  4. L-Erbgħa 26/10:
    • Fil-5.00pm – Qed nistiednu b’mod speċjali lill-familji li joqogħdu fiċ-ċentru tar-raħal għal rużarju ħdejn il-Madonna f’Misraħ il-Mafkar.
  5. Il-Ħamis 27/10:
    • Fis-7.00pm – fil-Knisja jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem
    • Ġesu’ sagramentat u qrar għall-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma.
  6. Il-Ġimgħa 28/10:
    • L-Għaqda tal-Kompensatriċi se torganizza pellegrinaġġ lejn il-Madonna tal-Mellieħa. Tluq fit-3.15pm minn fejn l- Għassa.
    • Fis-7.00pm – Rehearsal u l-aħħar preparamenti għall-Griżma fil-Knisja Arċipretali.
    • Fis-7.00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, fiċ-Ċentru Parrokkjali, li tinkludi wkoll tombla. Se jkun hemm ukoll servizz ta’ deliveries fid-djar. Il-booking miftuħ mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa. Qed jintlaqgħu wkoll ordnijiet għal ħelu tradizzjonali tal-għadam ta’ Novembru biex jinġabru minn fuq iz-zuntier fil-weekend li ġej fejn ser ikollna l-bejgħ ta’ ħelu ieħor.
  7. Is-Sibt 29/10:
    • Mill-5:00pm sas-6:00pm, qrar fil-Knisja għall-ġenituri, parrini u dawk involuti fil-Griżma.
  8. Il-Ħadd 30/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja
    • Fl-4:30pm – Quddiesa li fiha 39 adolexxent – 24 subien u 15 bniet – mill-parroċċa tagħna se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Matul din il-ġimgħa, tajjeb li nżommu lil dawn l-adolexxenti fit-talb tagħna.
  9. Avviżi oħra:
    • Jekk tafu b’xi adulti, sew Maltin u sew minn pajjiżi oħra li jgħixu fil-parroċċa tagħna, u li għandhom ir-rieda li jsiru nsara jew li jersqu għal xi sagrament tal-bidu tal-ħajja nisranija, bħat-Tqarbin u l-Griżma tal-Isqof, għax għadhom ma rċevewhomx, nitlobkom tinfurmaw jew tħajjruhom javviċinaw lill-Arċipriet ħalli nibdew nieħdu ħsieb il-preprazzjoni meħtieġa.
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 10 bħala donazzjoni b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.