avvizi parrocca

Avviżi – 11.12.2022

Avviżi – 11.12.2022  –  It-Tielet Ħadd tal-Avvent

  1. L-Erbgħa 14/12:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza buffett breakfast tal-Milied f’lukanda f’San Ġiljan. Kitba għand il-membri tal-grupp sat-Tlieta filgħodu.
  2. Il-Ħamis 15/12: Tibda n-Novena tal-Milied:-
    • Matul il-ġimgħa fil-knisja ssir darbtejn kuljum:
    • Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30; u
    • Filgħaxija wara l-quddiesa tas-6:30 u li fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali. Il-ħsieb fil-quddiesa ta’ filgħaxija ser ikun dwar it-tifsira u l-valur tal-presepju fid-dawl tal-Ittra Appostolika li l-Papa Franġisku tana fl-2019 bit-tema “Sinjal tal-Għaġeb”. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li se jitqassam fid-djar bid-dettalji kollha u anke l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli.’
    • Għall-quddiesa tal-Ħamis filgħaxija qed nistiednu b’mod speċjali l-familji u l-Ġimgħa ‘l dawk impenjati fil-liturġija: bħall-ministri straordinarji tat-tqarbin, letturi, membri tal-kor, animaturi u sagristana.
  3. Is-Sibt 17/12:
    • Fit-3:00pm se tiġi inawgurata l-Wirja tal-Presepji u Bambini li se tittella’ għall-ewwel darba fil-Kappella tal-Maddalena u tibqa armata sal-Epifanija.
    • Il-quddiesa tas-6.30 p.m. tkun bis-sehem tal-Abbatini u l-familji tagħhom.
  4. Is-Sibt 17/12 u l-Ħadd 18/12:
    • L-Oratorju Salesjan se jkun qiegħed jorganizza villaġġ tal-Milied. Se tintwera l-finali tat-tazza tad-dinja u se jkun hemm diversi attivitajiet għall-familja kollha. Aktar informazzjoni fuq il-paġna tal-facebook tal-Oratorju.
  5. Il-Ħadd 18/12, Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent:
    • Fid-9:30am – Quddiesa li għaliha nħeġġu lill-familji bi tfal u adoloxxenti biex jiġu u jġibu magħhom xi presepju jew grotta biex inberkuhom. Wara l-quddiesa jiġi inawgurat ukoll il-presepju tal-Knisja.
    • Minn fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu tal-Milied.
  6. Avviżi oħra:
    • Infakkar li f’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja għaddej il-Bazaar tal-Milied. Nistedinkom biex wara l-quddiesa tagħtu titwila għax b’dan il-mod tkunu qegħdin tgħinu wkoll lill-parroċċa. Il-Bazaar jibqa’ miftuħ sa nhar it-Tlieta.
    • Nirringrazzjaw lil dawk li diġa’ kellmuna biex għall-Milied jagħtu rigal lil tfal li jgħixu f’Dar Fra Diegu. Min jixtieq jagħmel l-istess jista’ jiġbor envelope bl-informazzjoni kollha mingħand il-membri tal-Kummissjoni Tfal.
    • L-Erbgħa 21/12 fis-7.30 p.m. ser ikollna l-Kunċert tal-Milied li din is-sena se jittella’ mir-Reġjun Punent bis-sehem tal-Orkestra taż-Żurrieq u kantanti mil-lokalitajiet fir-reġjun. Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għax dan hu mod ieħor kif nidħlu fl-ispirtu tal-Milied. Tajjeb ukoll naħsbu biex nersqu għas-sagrament tal-qrar u biex lejlet il-Milied filgħaxija nieħdu sehem fid-Dimostrazzjoni bil-Bambin organizzata mill-membri tal-M.U.S.E.U.M. u mbagħad għall-quddiesa ta’ nofsillejl fil-Knisja.
    • Bħal kull sena l-parroċċa ser torganizza kompetizzjoni għall-isbaħ presepju u għall-isbaħ tieqa mżejna. Fil-kompetizzjoni tal-presepji ser ikollna żewġ kategoriji: tat-tfal u tal-kbar. Dawk interessati jieħdu sehem iħallu isimhom għand l-Arċipriet.
    • Fid-djar tqassmu l-biljetti u l-envelopes bid-dettalji tal-lotterija tal-Milied organizzata mill-Kumitat Festa Esterna.
    • Fis-sagristija qed jittieħdu l-bookings għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li se norganizzaw fid-29 ta’ Diċembru.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 695 bħala ġabra speċjali b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla;
    • € 50 bħala donazzjonijiet għall-istess għan. Grazzi.
  8. Nitolbu għal Mary Abela li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.