Avviżi – 05.02.2023 – Il-5 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 05/02:
- Jum il-Ħajja ser ikun iċċelebrat b’quddiesa fil-11.00am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Il-quddiesa hi organizzata mill-Malta Unborn Child Platform, li hi fergħa mill-Moviment ta’ Kana, u ser titmexxa mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi. Kulħadd mistieden.
- Il-Ġimgħa 10/02, Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta:
- Dakinhar hu jum ta’ btala pubblika fejn aħna l-insara mħeġġa nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Il-Ġimgħa li ġej, il-ħinijiet tal-quddiesa fil-parroċċa tagħna ser ikunu bħal tal-Ħadd u għalhekk filgħodu jkunu fis-6.30, it-8.00, id-9.30 u l-11.00 waqt li ta’ filgħaxija tkun fl-4.30.
- Avviżi oħra:
- Post għażiż ħafna fil-parroċċa hu ċ-Ċimiterju fejn hemm midfuna l-għeżież tagħna. Sa minn wara s-sajf bdejna nagħtu attenzjoni lil diversi bżonnijiet f’dan il-post fejn saret manutenzjoni fuq barra tal-kappella, u fis-sagristija u l-kamra li fiha jinżammu l-affarijiet tad-deffien. Nirringrazzja lil min wettaq ix-xogħol u lil dawk li taw daqqa t’id b’mod volontarju f’dan ix-xogħol u oħrajn li s-Sibt u l-Ħadd jieħdu ħsieb jiftħu ċ-Ċimiterju, it-tindif u ġardinaġġ. Issa jmiss li nibdew proġett ieħor importanti: il-bdil tal-kaptelli tal-wiċċ tal-oqbra tal-komun. Dawn ilhom jintużaw minn meta nfetaħ iċ-ċimiterju – sebgħin sena ilu – u ż-żmien għamel sew fuqhom.
- Għaldaqstant:-
- Ser nibdlu l-ewwel il-kaptelli tal-oqbra tal-komun li wasal iż-żmien li jitnaddfu. L-oqbra li ser jitnaddfu huma dawk bin-numri minn 26 sa’ 37, bit-tindif ippjanat li jsir fl-aħħar ta’ Frar/il-bidu ta’ Marzu. Dawk li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra tal-komun li semmejt, minn 26 sa 37, għandhom ikellmu lill-Arċipriet fejn jixtiequ li jitrasferixxu l-fdalijiet tal-għeżież tagħhom: hux f’xi qabar privat jew fl-ossarju/kannierja taċ-ċimiterju.
- Dwar il-bdil tal-kaptelli, dan hu proġett fil-parti taċ-ċimiterju dedikata għall-poplu ta’ Ħad-Dingli u napprezza l-ġenerożità tagħkom biex inlaħħqu mal-ispejjeż li ser jirrikjedi. Ix-xogħol fuq kull qabar hu smtat li se jiġi jiswa’ € 200 bejn xiri ta’ kaptelli, tqegħid, tikħil u rimi ta’ materjal antik. Oqbra għandna 50 li jrid isirilhom dan ix-xogħol. Grazzi bil-quddiem għad-donazzjonijiet biex nieħdu ħsieb dan il-post għażiż u nwettqu din il-manutenzjoni.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 135 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
Ikkummenta