avvizi parrocca

Avviżi – 19.02.2023

Avviżi – 19.02.2023  –  Is-7 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 19/02; is-7 Ħadd ta’ matul is-sena:
    • Wara l-quddiesa, minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival.
  2. It-Tlieta 21/02:
    • Fid-9:30am laqgħa tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ li se titmexxa minn uffiċjal mill-Aġenzija Sedqa.
  3. L-Erbgħa 22/02; nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Fil-quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied bħala sinjal ta’ indiema, konverżjoni u penitenza. Dakinhar għandna l-obbligu tas-sawm u l-astinenza.
    • Fis-6:00pm Via Sagra
    • Fis-6:30pm Quddiesa li fiha niċċelebraw iċ-ċentralità tas-salib f’dan iż-żmien speċjali għall-Knisja. Il-quddiesa tkun bis-sehem tal-abbatini, il-kor parrokkjali u l-fratelli. Inħeġġeġ lil kulħadd jattendi biex nagħtu bidu flimkien għall-mixja ta’ 40 ġurnata li twassalna għall-akbar festa għalina l-insara. Matul ir-Randan, nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa filgħaxija tingħad il-Via Sagra minflok ir-Rużarju.
  4. Il-Ħamis 23/02:
    • Fis-6:00pm Rużarju animat mill-membri tal-Għaqda tal-Kompensatriċi fl-okkażjoni ta’ waħda mid-dehriet tal-Madonna ta’ Lourdes.
    • Fis-7:00pm Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni.
  5. Il-Ġimgħa 24/02:
    • Fis-7:15pm Laqgħa għal dawk kollha nolvuti fil-liturġija: Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, letturi, animaturi, mużiċisti u kant fiċ-Ċentru Parrokkjali u għal kull min jixtieq biex nitħejjew sewwa ħalli nanimaw aħjar żmien ir-Randan.
  6. Avviżi oħra:
    • Il-Ħamis 23/02, mid-9:00am san-12:30pm, il-membri tal-M.U.S.E.U.M. (sezzjoni femminili) se jorganizzaw seminar għal kulħadd fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet tas-Siġġiewi.
    • Il-rivista FLIMKIEN, għalissa mhux ser tibqa’ titqassam bil-posta fid-djar, imma intom u ħerġin mill-Knisja nħeġġukom tieħdu kopja għall-familja tagħkom minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
    • It-Tlieta 28 ta’ Frar fis-7.00 a.m. ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun min-numri 26 sa 37. Qraba ta’ persuni midfuna hawnhekk mitluba jkellmu lill-Arċipriet.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 252 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla; u
    • S’issa mill-parroċċa tagħna nġabru € 2,960 f’donazzjonijiet għall-popli tat-Turkija u s-Sirja li ntlaqtu mit-terremoti. Il-flus se jingħataw lill-Caritas. Jekk għad hawn min jixtieq jgħin inħeġġuh iħalli d-donazzjoni tiegħu fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti jew ma’ xi ħadd mis-saċerdoti sal-Ħadd. Nirringrazzjawkom ħafna ta’ dan il-ġest ta’ solidarjeta’, bħalma nirringrazzjaw ukoll lil dawk li ħallew oġġetti li twasslu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
  8. Nitolbu għal Mary Rose Saliba li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem…
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.