Avviżi – 05.03.2023 – It-2 Ħadd tar-Randan
- Mit-Tnejn 06/03 sal-Ġimgħa 10/03:
- Fis-7.00pm ser isir kors ta’ eżerċizzi spiritwali għall-miżżewġin fil-Knisja u li se jitmexxew mill-Kanonku Mark Ellul, Surmast tal-Iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof. Il-koppji miżżewġa mhux biss huma mistiedna imma mħeġġa jattendu għal din l-opportunita’ li l-parroċċa qed toffri biex f’dan ir-Randan nisimgħu, nitolbu u nirriflettu.
- L-Erbgħa 08/03:
- Fid-9.30am laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat li se titmexxa minn uffiċjal tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
- Avviżi oħra: Matul din il-ġimgħa l-katekisti tal-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet ser ikunu qed jattendu eżerċizzi spiritwali għalihom. Għalhekk mhux ser ikun hemm lezzjonijiet tal-katekiżmu għall-bniet matul din il-ġimgħa.
- Kif ħabbarna l-ġimgħa li għaddiet, bħala ġest ta’ karita’ f’dan ir-Randan se ngħinu inizjattiva ġdida tal-Knisja f’Malta: il-Kċina ta’ Marta li toħroġ 170 ikla kuljum lil persuni u familji fil-bżonn. Minn wara tal-Knisja tistgħu tiġbru karti b’informazzjoni dwar kif nistgħu ngħinu b’oġġetti tal-ikel – preferibbilment dawk li hemm fil-lista – li se nkunu nistgħu nħallu f’kaxxi apposta li ser ikollna fil-Knisja mit-Tnejn li ġej jew b’donazzjonijiet fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Wieħed jista’ jmur jagħti daqqa t’id ukoll b’mod volontarju. L-informazzjoni kollha tinsab fil-karti li tistgħu tieħdu magħkom intom u ħerġin mill-Knisja. Jinsabu fuq il-banketti fil-ġnub jew fuq il-mejda ħdejn il-bieb il-kbir.
- Din is-sena l-parroċċa se terġa’ torganizza Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Dan ser isir fil-Ġimgħa Mqaddsa, it-Tlieta 4 ta’ April. U l-Erbgħa ta’ fuq l-Għid il-Kbir se tiġi organizzata ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Dettalji ‘il quddiem.
- Matul din il-ġimgħa daħlu € 70 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
- Nitolbu għal Doris Abela, Marcellino Zammit u Carmelo Zammit li għaddew għal ħajja ta’ dejjem fl-aħħar tmint’ijiem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta