avvizi parrocca

Avviżi – 12.03.2023

Avviżi – 12.03.2023  –  It-3 Ħadd tar-Randan

  1. It-Tnejn 13/03:
    • Huwa l-10 anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku bħala Kap tal-Knisja Kattolika. Huwa xieraq li nirringrazzjaw minn qalbna lil Alla ta’ dan id-don kbir li ta lill-Knisja tiegħu, u tal-ġid kbir li għamel il-Papa Franġisku tul dawn is-snin. Inkomplu nitolbu għalih biex il-Mulej jagħtih il-qawwa u l-għajnuna ħalli jkompli jaqdi l-missjoni tiegħu b’dedikazzjoni u b’ġenerożità.
    • Fis-7.15pm laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
  2. It-Tlieta 14/03:
    • Fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ għal laqgħa informattiva li se titmexxa minn uffiċjal mill-Aġenzija Sedqa dwar kif l-aħjar inħaddmu l-ħiliet tagħna.
    • Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  3. L-Erbgħa 15/03:
    • Fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser issir laqgħa għall-fratelli bi thejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġu lill-fratelli preżenti, lil dawk li kienu u lil kull min jixtieq jingħaqad ma’ dan il-grupp li jagħti servizz f’okkażjonijiet sbieħ li jkollna fil-parroċċa biex jattendi.
  4. Il-Ħamis 16/03:
    • Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni fil-Knisja.
    • Fis-7.15pm ser issir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  5. Is-Sibt 18/03:
    • Fid-9.30am, Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann b’tifkira tal-10 anniversarju mill-bidu uffiċċjali tal-ministeru pastorali tal-Papa Franġisku bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja Universali.
    • Fl-4.30pm ser ikollna magħna lis-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù għal quddiesa f’għeluq il-100 sena mill-mewt tal-fundatriċi tagħhom, il-Qaddejja ta’ Alla Madre Tereża Nuzzo. Il-quddiesa se tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.
  6. It-Tnejn 20/03:
    • Fil-4:45pm, issir l-ewwel qrara lit-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju.
  7. Avviżi oħra:
    • Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet tal-ikel li fi tmiem ir-Randan se jingħataw bħala għajnuna lill-Kċina ta’ Marta. Hemm ukoll karti bl-informazzjoni kollha dwar kif nistgħu ngħinu.
    • F’aktar inizjattivi ta’ formazzjoni nisranija: nhar L-Erbgħa 22 ta’ Marzu filgħodu ser isir l-irtir tar-Randan organizzat mill-Grupp tan-Nisa Magnificat u li hu miftuħ għal kulħadd. L-irtir ser isir għand il-patrijiet Franġiskani Konventwali, Burmarrad. Dawk interessati ikellmu lill-membri tal-kumitat tal-Grupp Magnificat.
    • Mill-Ġimgħa 24 sal-Ħadd 26 ta’ Marzu ser ikollna Bazaar tal-Għid f’Dar Dun Ġwann Abela.
    • Is-Sibt 25 ta’ Marzu l-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
    • F’dawn il-jiem se tirċievu fi djarkom leaflet b’tagħrif dwar proġett ta’ armar ġdid tal-festa u kif tistgħu tgħinu biex dan jitwettaq.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 720 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-koppla.
    • € 190 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Grazzi.
  9. Nitolbu għal ruħ Gerald Borg li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.