Avviżi – 26.03.2023 – Il-5 Ħadd tar-Randan
- Illum 26/03:
- Fid-9:30am – Quddiesa bis-sehem tat-tfal fejn qed nistiednu b’mod speċjali lil dawk li għamlu l-Ewwel Qrara.
- F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, għandna l-Bazaar tal-Għid b’riżq il-parroċċa li jispiċċa llum. Inħeġġiġkom wara l-quddiesa tagħtu titwila.
- Matul il-ġurnata kollha se tkun miftuħa għall-ewwel darba l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li l-grupp tal-Abbatini qed jorganizza fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum, bit-tema: ‘Nimxu ferħana lejn Ġerusalemm’. Il-wirja mbagħad terġa’ tiftaħ mill-Ġimgħa li ġej (id-Duluri) sal-Ġimgħa l-Kbira.
- Mit-Tnejn 27/03 sal-Ħamis 30/03:
- Fil-quddiesa tas-6:30pm se jsiru l-Eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja li se jitmexxew minn Patri Victor Paul Farrugia O. Carm. Inħeġġeġ għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa.
- It-Tlieta 28/03:
- Mit-3.15pm sas-6.00pm – Ħin ta’ irtir organizzat mill-Għaqda tal-Kompensatriċi fl-Oratorju Sależjan Ħad-Dingli stress. Imexxi Dun Christopher Bugeja.
- Il-Ħamis 30/03: Jum il-Midinbin u r-Rikonċiljazzjoni:
- Filgħodu – qrar fil-Knisja bejn is-6.30 u s-7.30.
- Fid-9:00am – quddiesa fil-Knisja għat-tfal tal-iskola primarja.
- Fis-5.45pm – Tibda ċelebrazzjoni ta’ maħfra u qrar.
- Fis-6.30pm – Quddiesa; u wara l-Knisja tibqa’ miftuħa sat-8.30 p.m. fejn ikompli s-servizz tal-qrar b’ambjent ta’ talb u adorazzjoni.
- Il-Ġimgħa 31/03: Festa Devozzjonali tad-Duluri:
- Id-dettalji kollha ser ikunu fi programm li se jitqassam fid-djar kollha tal-parroċċa u anke fuq il-facebook tal-parroċċa. Fil-festa tad-Duluri se jerġa jkollna qrar bejn is-6.30 u s-7.30 a.m. u mill-4.30 p.m. ‘il quddiem. Filgħaxija se ikollna quddiesa fil-5.30 p.m., wara mistiedna nieħdu sehem fil-purċissjoni wara l-istatwa tad-Duluri u kif tintemm il-purċissjoni tiġi ċċelebrata quddiesa oħra.
- Is-Sibt 01/04:
- Se jinbidel ħin ta’ quddiesa, li minflok fis-6.30 se tibda nofs siegħa qabel, fis-6.00pm, minħabba l-pageant organizzat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija.
- Il-Ħadd 02/04:
- Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa permezz tat-tifkira tad-Dħul Solenni ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Fid-9.00 am titlaq il-purċissjoni mill-knisja lejn il-M.U.S.E.U.M. tas-subien biex fid-9.10 issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Minn hemmhekk nitilgħu f’purċissjoni lejn il-knisja biex fid-9.30 tibda l-quddiesa solenni. Dakinhar it-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba.
- Avviżi oħra:
- Infakkru fl-envelopes tal-ġabra tal-armar li tistgħu tħalluhom bl-offerti tagħkom kif indikat fuq l-envelope stess.
- Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet tal-ikel għall-Kċina ta’ Marta. Min jixtieq jista’ jħalli donazzjonijiet għall-istess għan fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
- Infakkar fil-Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla – nhar it-Tlieta 4/04 – fil-Ġimgħa Mqaddsa. Tluq fl-4:00pm minn fejn l-Għassa. Min ġej jinkiteb fis-Sagristija.
- Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex – nhar l-Erbgħa 12/04, l-Erbgħa ta’ fuq l-Għid il-Kbir. Tluq fis-7.30am minn fejn l-Għassa. Min ġej jinkiteb fis-Sagristija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
Ikkummenta