avvizi parrocca

Avviżi – 02.04.2023

Avviżi – 02.04.2023  –  Ħadd il-Palm

  1. Illum 02/04:
    • Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa.  Fid-9.00am ninġabru quddiem il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja li fiha t-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba. Inħeġġiġkom issegwu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa li tqassam fi djarkom u ssegwu l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’ għad-dettalji kollha dwar il-funzjonijiet, is-servizz tal-qrar u inizjattivi oħra.
  2. It-Tnejn 03/04, niċċelebraw il-Festa tas-Salib Imqaddes:
    • Fis-7.00pm – Pellegrinaġġ wara x-xbieha tal-Kurċifiss li matulu nimmeditaw l-Aħħar Sebgħa Kelmiet ta’ Ġesù fuq is-Salib. Kulħadd mistieden.
  3. It-Tlieta 04/04:
    • Fl-4.00pm jitlaq trasport għall-pellegrinaġġ għal quddiem ix-xbieha ta’ Ġesu’ Redentur fl-Isla. Hemm ikollna ħin għal talb privat, Via Sagra meditata u nieħdu sehem fil-quddiesa. Min se jiġi bit-trasport organizzat għandu jinkiteb fis-sagristija sal-lum.
  4. L-Erbgħa 05/04:
    • Mit-8:00am ‘il quddiem isir it-tindif tal-Knisja. Napprezzaw ħafna l-għajnuna ta’ min jista’ jagħti daqqa t’id.   
    • Mill-5.00pm sas-5.45pm – ‘Miet għalina għax tant iħobbna’. Ċelebrazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa għat-tfal minn 7 snin ‘il fuq fil-Knisja Arċipretali mmexxija mill-membri tal-Kummissjoni Tfal.
  5. Il-Ħamis 06/04, Ħamis ix-Xirka:
    • Filgħodu l-Knisja se tiftaħ għal mument ta’ talb fis-7.30am. Illum l-unika quddiesa fil-parroċċa tkun dik tas-6.30 p.m. li tkun konċelebrazzjoni solenni li tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u s-Saċerdozju. Fi tmiem il-quddiesa, Ġesu’ sagramentat jitpoġġa fl-Altar tar-Repożizzjoni għall-Adorazzjoni.  Fit-8.15 u fid-9.15 p.m. jkollna Viżti Organizzati.  Fl-10.15 tibda siegħa adorazzjoni. Wara, il-knisja tibqa’ miftuħa sa nofs il-lejl.   
  6. Il-Ġimgħa 07/04, Jum il-Ġimgħa l-Kbira:
    • Għandna l-obbligu tas-sawm u l-astinenza.  Fis-7.00, it-8.30 u l-10.30 a.m. ikollna viżti organizzati.  Fit-8.00 a.m. mistiedna ningħaqdu mas-saċerdoti għat-talb tal-uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.  Fid-9.30 a.m. nistiednu lit-tfal kollha għal ħin ta’ talb fil-Knisja. Wara nofsinhar, fit-3.00 tibda l-funzjoni solenni li tfakkar il-Passjoni tal-Mulej. 
  7. Is-Sibt 08/04, Sibt il-Għid:
    • Fis-7.30am jibda mument ta’ talb miftuħ għal kulħadd fil-Knisja. Filgħaxija, fis-6.30 ikollna qrar minn konfessur barrani u fit-8.00 p.m. nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili ta’ l-Għid. Nistednukom iġġibu x-xemgħat tat-tazza ħamra magħkom mid-dar, qies normali. Wara li nużawhom fil-funzjoni nħalluhom il-knisja biex inkunu nistgħu nixegħeluhom matul is-sena fuq l-altar jew maġenb it-tabernaklu. Ġibu anke qanpiena għall-mument tal-Glorja …
    • Wara l-funzjoni, mistednin għal bibita fuq iz-zuntier organizzata mill-‘Grupp tan-Nisa Magnificat’, biex nawguraw l-Għid it-Tajjeb lil xulxin.
  8. Il-Ħadd 09/04, Ħadd il-Għid il-Kbir:
    • Il-quddiesa tad-9.30 a.m. se tkun għat-tfal kollha u se tiġi organizzata mill-Kummissjoni Tfal. Wara, inkomplu fuq iz-zuntier bit-tberik tal-figolli li t-tfal ikunu ġabu magħhom.  Nhar Ħadd il-Għid wara l-quddiesa tal-4.30 p.m. joħroġ il-Vjatku Solenni. Dan hu servizz ieħor li l-parroċċa qed tagħti lill-morda tagħna billi twasslilhom fi djarhom l-Ewkaristija fl-akbar festa tal-knisja. Dawk li jixtiequ jitqarbnu fi djarhom fl-Għid għandhom ikellmu lill-Arċipriet jew lil xi ħadd mis-saċerdoti sa nhar il-Ġimgħa.
  9. L-Erbgħa 12/04:
    • Fil-festa ta’ San Girgor, se norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’.
  10. Avviżi oħra:
    • Min għandu fjuri bojod, weraq u palm żgħir li jista’ joffrielna biex inżejnu l-Altar tar-Repożizzjoni għandu jħallihom il-Knisja nhar l-Erbgħa filgħaxija.
    • Fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena għaddejja wirja mtella’ mill-grupp tal-Abbatini li tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa l-Kbira.
    • L-ordnijiet tal-figolli b’riżq il-parroċċa se jibqħgu jintlaqgħu fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook sal-lum.
    • Fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ qagħaq tal-appostli.
  11. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 1,020 bħala ġabra speċjali b’risq is-Seminarju. Ir-Rettur u s-seminaristi bagħtu jirringrazzjawna;
    • € 50 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
  12. Nitolbu għal Jane Cutajar u Karmenu Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej . . .

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.