avvizi parrocca

Avviżi – 09.04.2023

Avviżi – 09.04.2023  –  Ħadd il-Għid il-Kbir

  1. Illum 09/04:
    • L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-armar u fl-organizzazzjoni tal-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha.
    • Il-quddiesa tad-9.30am se tkun organizzata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara nkomplu fuq iz-zuntier bit-tberik tal-figolli li jkunu ġabu magħhom.
    • Wara l-quddiesa tal-4.30pm joħroġ il-Vjatku Solenni tal-morda.
  2. It-Tnejn 10/04:
    • Jibda t-tberik tal-familji. L-Arċipriet u s-saċerdoti daħlu għal dan l-impenn li fuq seba’ ġimgħat jżuru u jbierku d-djar kollha tal-parroċċa tagħna. Il-familji se jirċievu programm u dettalji fid-djar, fil-jiem ta’ qabel ikun ser isir it-tberik.
  3. L-Erbgħa 12/04:
    • Ikollna l-ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex hi fully booked. Infakkru lil dawk li nkitbu li t-trasport jiltaq minn ħdejn l-għassa fis-7.30 am.
  4. Il-Ħadd 16/04, It-2 Ħadd tal-Għid – Ħadd il-Ħniena Divina:
    • Fl-4:00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat u fil-5.00 tiġi ċċelebrata l-quddiesa. Minn dakinhar, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5.00.
  5. Avviżi oħra:
    • Il-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq u matul iż-żmien tat-tberik jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija biss.
    • Is-Sibt 29 ta’ April se norganizzaw ġita ta’ ġurnata għal Sqallija. Il-booking qed isir fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising minn fejn wieħed jista’ jikseb aktar tagħrif.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 700 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-koppla.
    • € 110 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Grazzi.
  7. Nitolbu għal ruħ Mons. Richard Borg, ex-Kappillan ta’ din l-parroċċa li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Il-funeral ser isir it-Tnejn 10/04 fit-3:30pm ġewwa l-Knisja Arċipretali tan-Naxxar. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.