avvizi parrocca

Avviżi – 07.05.2023

Avviżi  – 07.05.2023  –  Il-5 Ħadd tal-Għid

  1. It-Tnejn 8/05, Festa tal-Madonna ta’ Pompej:
    • Nistiednu lil min jista’ biex fil-11.30am ninġabru fil-Knisja għat-talba tar-Rużarju u s-Supplika lill-Madonna u f’12.00pm tiġi ċċelebrata quddiesa fl-okkażjoni ta’ din il-festa Marjana.
  2. It-Tlieta 09/05 – Festa ta’ San Ġorġ Preca:
    • Fis-6.30pm quddiesa animata mill-membri tal-oqsma tal-M.U.S.E..UM. tal-parroċċa.  Kulħadd mistieden jattendi.
    • Fis-7.15pm jingħad Rużarju fil-beraħ, din id-darba ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Ir-residenti li jgħixu fiż-żona madwar il-grawnd huma mħeġġa jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  3. Il-Ħamis 11/05:
    • F’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja jiftaħ il-Bazaar ta’ Jum l-Omm b’riżq il-parroċċa fejn ser ikollna għall-bejgħ oġġetti ta’ kuljum u għad-dar, pjanti u ħelu fost oħrajn. Il-Bazaar jibqa’ għaddej il-weekend kollu sal-Ħadd 14/05.
    • Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  4. Is-Sibt 13/05:
    • Fid-9.30am Monsinjur Arċisqof se jordna 3 saċerdoti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Inżommuhom fit-talba tagħna speċjalment f’dawn il-ġranet.
  5. Il-Ħadd 14/05, is-Sitt Ħadd tal-Għid – Jum l-Omm:
    • Fid-9.00am mument ta’ talb u tberik tal-oqbra tal-ommijiet fiċ-ċimiterju tal-parroċċa. Fil-quddiesa tad-9.30am, li tkun bis-sehem tat-tfal, se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin. Fl-okkażjoni ta’ jum l-Omm, il-Grupp tan-Nisa Magnificat se jorganizza ħarġa nhar it-Tlieta 16 ta’ Mejju filgħodu għall-kumpless ta’ Farsons l-Imrieħel. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp.
  6. Is-Sibt 20/05:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  7. Avviżi oħra:
    • Il-ġimgħa d-dieħla jkompli t-tberik tal-familji. Infakkar li l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
    • Il-Kap tal-iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli tavża lill-ġenituri li joqogħdu Ħad-Dingli u li t-tfal tagħhom jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ din is-sena biex jirreġistraw lil uliedhom mill-aktar fis possibbli. Min għadu ma kitibx it-tfal, jista’ jagħmel dan billi jibghat imejl lill-iskola (fuq [email protected]).
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 720 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda għall-ħidmiet ta’ karita’ mwettqa mill-Knisja f’Malta;
    • € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
  9. Nitolbu għal ruħ John Tanti li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.