Avviżi – 02.07.2023 – It-13-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tnejn 03/07:
- Fid-9.30am – Quddiesa fid-Day Centre.
- It-Tlieta 04/07:
- Fis-7.15pm – Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
- Il-Ħamis 06/07:
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 07/07, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8:30am u fis-5:45pm jkollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
- Filgħaxija ser ikollna Bar-B-Q għal kulħadd fil-Pjazza ħdejn il-knisja, attivita’ li tinkludi wkoll tombla. Booking sal-Ħamis filgħaxija mis-sagristija jew mill-facebook ’Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- Avviżi oħra:
- Infakkru li f’dan il-weekend qed issir il-Maratona tal-Volleyball fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza b’risq il-ħidma tal-istess dar.
- Il-Knisja tibqa’ d-Dar ta’ Alla s-sena kollha. Għalhekk għandna naraw li l-ilbies u l-imġieba tagħna jkunu jixirqu dejjem lil dan il-post.
- Is-Superjur javża li matul is-Sajf, il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien se jibqa’ jiftaħ normali għall-gruppi kollha. It-tfal huma mħeġġa jattendu.
- L-Erbgħa 12/07 ser norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Kitba għand il-membri tal-fund-raising. Tluq fis-7.00am minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija.
- F’dal jiem se tirċievu fid-djar fuljett b’informazzjoni utli mill-parroċċa. Tajjeb nieħdu nota tat-tagħrif li se jitwasslilna. Mezz ieħor ta’ informazzjoni għalikom hi l-paġna tal-facebook tal-parroċċa, fejn ikun hemm ukoll l-avviżi ta’ kull ġimgħa.
- Infakkru li l-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa qed jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja. Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna jew familja fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju. Nominazzjonijiet għal dan il-premju bid-dettalji kollha għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 40 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
- Nitolbu għal Ġużi Muscat li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta