Avviżi – 09.07.2023 – L-14-il Ħadd ta’ matul is-sena
- It-Tnejn 10/07:
- Fis-6.00pm ser ikollna trasport organizzat għall-Fiera l-Kbira f’Monte Kristo, li jitlaq minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
- L-Erbgħa 12/07:
- Ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Tluq fis-7.00 am minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
- Il-Ħamis 13/07:
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ħadd 16/07:
- Il-ġabra fil-quddies tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.
- Avviżi oħra:
- L-Erbgħa 19/07 ser isir Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla organizzat mill-Għaqda tal-Kompensatriċi. Aktar dettalji mis-sagristija sal-Ħadd 16/07.
- Il-Ġimgħa 21/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena – Fis-7:30pm – Quddiesa quddiem il-kappella fuq l-irdum, iddedikata lilha, u wara attività soċjali. Il-biljetti għall-ikel ikunu għall-bejgħ min-nhar l-Erbgħa fis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa.
- Issa li bil-mod il-mod qed toqrob il-festa, xtaqt ninfurmakom bil-quddiem b’xi attivitajiet:
- L-Erbgħa 2/08 filgħaxija – Il-Mixja tal-Festa li din is-sena ser tkun lejn il-Bażilika ta’ Marija Assunta fil-Mosta;
- It-Tlieta 15/08 – Il-Pellegrinaġġ bil-muturi li jitlaq fl-9.45am mill-Imġarr u jintemm f’Ħad-Dingli.
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet li qed jiġu offruti minn Ottubru li ġej mill-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. L-applikazzjonijiet jagħlqu fl-20/07; b’aktar dettalji msi-sit elettroniku tal-istess fakulta’.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 650 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-koppla; u
- € 95 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Grazzi.
Ikkummenta