Avviżi – 16.07.2023 – Il-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tlieta 18/07:
- Fit-8.00 pm ser issir laqgħa għall-fratelli bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija.
- L-Erbgħa 19/07:
- Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla mal-Għaqda tal-Kompensatriċi. Aktar dettalji u booking mis-Sagristija sal-lum, il-Ħadd 16/07.
- Il-Ħamis 20/07:
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Il-Ġimgħa 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena:
- Fis-7:30pm – Quddiesa quddiem il-kappella, iddedikata lilha, fuq l-irdum. Wara jkollna attività soċjali li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. Il-biljetti għall-ikel huma għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa jew tal-fund-raising tal-parroċċa. Il-Ġimgħa fil-għaxija ma ssirx quddiesa fil-Knisja Arċipretali.
- Avviżi oħra:
- Il-Kumitat Festa Esterna beda l-ġbir bieb bieb tal-envelope bl-offerta tagħna għall-festa ta’ barra. Dettalji tal-ispejjeż u aktar informazzjoni fil-fuljett li qed jitwassal fi djarkom u li jinkludi miegħu l-envelope. Inħeġġiġkom tikkoperaw u tkunu ġenerużi.
- L-Erbgħa 26/07; ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Tluq fit-8.00am minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
- Fl-aħħar xaharejn u nofs ingħatat dawra tajba lill-bejt taċ-Ċentru Parrokkjali kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-membrane kif ukoll tikħil u tibjid tal-apramorta minn ġewwa u l-kamra ta’ fuq il-bejt minn barra. Tqabbdu wkoll il-pannelli tax-xemx li għandha l-parroċċa u li kienu ġew rilokati għal hawnhekk minn fuq il-bejt tal-propjeta’ ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju.
- Fuq sentejn se jinbidlu wkoll il-bozoz fissi li għandna mal-faċċata tal-knisja ma’ oħrajn ġodda led, li huma fuq stil tradizzjonali u ħafna aktar effiċjenti fil-konsum tal-enerġija. Fl-aħħar jiem inbidlu l-bozoz tal-frontispizju u s-salib. Sena oħra jinbidlu dawk tal-gallarija u mal-bibien tal-faċċata.
- Dan kollu sar kemm grazzi għal diversi kontribuzzjonijiet finanzjarji li tagħtu biex stajna nħallsu għal servizzi u materjal relatati, kif ukoll grazzi għal ħidma volontarja tant importanti ta’ diversi persuni mill-parroċċa biex sar dan ix-xogħol u ġew frankati ħafna spejjeż.
- Sadanittant, ix-xogħol fuq ir-restawr tal-koppla minn ġewwa issa wasal verament fl-aħħar. Nittama li l-ġimgħa d-dieħla nkun nista’ nagħtikom aħbarijiet sbieħ dwar dan il-proġett biex għall-festa nerġgħu naraw il-koppla mikxufa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 170 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
Ikkummenta