Avviżi – 23.07.2022 – Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 23/07:
- Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani.
- Nawgurawlhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol u l-kontribut tagħhom fis-soċjeta’ tagħna.
- L-Erbgħa 26/07:
- Ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. It-trasport jitlaq fit-8.00am minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
- Il-Ħamis 27/07:
- Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 28/07:
- Fit-8:00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza American & Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. L-attivita’ tinkludi tombla u ikel fuq stil Amerikan. Booking fis-sagristija jew mill-facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Avviżi oħra:
- Fejn il-bibien tal-knisja tqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
- Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbukom tgħarrfuna bihom sabiex bħala Parroċċa, permezz tal-Kummissjoni Djakonija, inkunu nistgħu nikkuntattjawhom u possibilment inżuruhom.
- Erba’ ġimgħat oħra niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija. Ġranet li tajjeb nieħdu nota tagħhom biex nattendu huma:
- L-Erbgħa 2/08 ser issir il-Mixja tal-Festa li ser tkun lejn il-Bażilika ta’ Marija Assunta tal-Mosta. Min jixtieq jiġi jista’ jinkiteb fis-sagristija;
- Il-Ġimgħa 4/08 nibdew il-kwindiċina tal-festa b’nofs ta’ nhar adorazzjoni fil-Knisja filgħodu, waqt li l-quddiesa tas-6:30pm se tiġi ċċelebrata ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius.
- Is-Sibt 5/08, qed nistiednu lid-Dinglin kollha ningħaqdu ma’ Marija Assunta għal quddiesa fis-6:30pm li se tiġi ċċelebrata fil-knisja u wara nilqgħu l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier. Dakinhar issir quddiesa waħda filgħaxija.
- It-Tlieta 15/08 ser isir il-Pellegrinaġġ tal-Muturi bis-sewwieqa jiltaqgħu fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr fid-9.15 a.m. biex fl-9.45 a.m. jitilqu lejn Ħad-Dingli.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 270 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Filwaqt li nirringrazzjakom, ninfurmakom li matul din il-ġimgħa ser ikun qed jiżżarma l-iscaffolding li ntuża għar-restawr tal-koppla.
Ikkummenta