Avviżi – 01.10.2023 – Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 01/10:
- Fid-9:30am quddiesa li fiha qed nistiednu b’mod speċjali lill-gaħlliema, u lit-tfal biex jiġu bil-basktijiet tal-iskola sabiex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka hekk kif qed tibda sena skolastika ġdida.
- Mil-lum il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4:30 u mhux fil-5:00.
- It-Tlieta 03/10:
- Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ jerġa’ jibda jiltaqa’ kull ġimgħa. Dan il-grupp hu miftuħ għan-nisa kollha u jagħti opportunita’ edukattiva u rikreattiva lill-membri. L-ewwel laqgħa se tkun ħarġa għaċ-Ċentru ESPLORA. Tluq fid-9:00am minn fejn l-għassa. Aktar dettalji dwar il-grupp minn leaflet li nistedinkom tiġbru minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
- Il-Ħamis 05/10:
- Fis-6.30pm – Quddiesa tal-bidu tas-sena tad-duttrina għat-tfal u l-katekisti fil-knisja.
- Il-Ġimgħa 06/10, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja; u
- Fil-5.00pm Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fi Triq San Ġwann Bosco kantuniera ma’ Triq il-Kappella Medjevali. Inħeġġu b’mod speċjali lir-residenti tal-inħawi biex jattendu.
- Is-Sibt 07/10, niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju:
- Fl-4:00pm – Nitolbu t-talba tal-Għasar;
- Fl-4:30pm – Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali li fiha jitbierku l-kuruni tar-Rużarju. Wara, għall-5.15 pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġużé Abela, Għar Bittija, il-31 ta’ Diċembru 1678, l-Irdum, il-Kbira, u l-Parroċċa. Fit-tmiem tal-purċissjoni, tingħata l-Barka Sagramentali fil-Knisja. Qed nagħmlu stedina lil kulħadd biex is-Sibt li ġej nieħdu sehem flimkien bħala familja għall-quddiesa u l-purċissjoni.
- Fis-6.30pm ikollna quddiesa oħra.
- Infakkru li matul Ottubru, ir-Rużarju fil-knisja jingħad jingħad wara l-quddiesa tas-7:30am u fis-6.00pm quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Mit-Tnejn 09/10 sas-Sibt 14/10 se tkun ġimgaħ dedikata għall-familja:
- Fis-7.00pm ser isiru laqgħat ta’ formazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inħeġġeġ lill-koppji miżżewġa u lill-għarajjes iħallu dan il-ħin liberu minn impenji sabiex jattendu. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Aktar dettalji fil-programm li ser jitqassam fi djarkom u fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- Il-Ħadd 15/10:
- Mid-9.30am sa 12.00pm – Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2024, li wkoll il-jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 50 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja;
- € 435 bħala donazzjonijiet b’risq il-popli tal-Marokk u l-Libja li ntlaqtu minn terremot u għargħar. B’hekk meta dawn jingħadu mal-flus li kienu nġabru diġa, se nippreżentaw lill-Caritas l-ammont ta’ € 615. Grazzi.
Ikkummenta