avvizi parrocca

Avviżi – 24.09.2023

Avviżi – 24.09.2023  –  Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena

Il-Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati

  1. It-Tnejn 25/09:
    • Il-quddiesa tas-6.30pm se tkun b’radd il-ħajr lil Alla, u b’talb speċjali lill-Qaddej ta’ Alla, Mons. Ġużeppi De Piro. Se jikkonċelebraw flimkien 5 saċerdoti tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, fosthom Dun Ġorġ Scerri, li din is-sena għalqu 55 sena saċerdoti.
  2. Il-Ħamis 28/09:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni.
  3. Il-Ħadd 1/10:
    • Ġabra speċjali li tmur għall-manutenzjoni tal-knisja.
    • Fid-9.30am – Quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lill-għalliema li joqgħodu fil-parroċċa tagħna, u lit-tfal kollha biex jiġu bil-basktijiet tal-iskola, biex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka hekk kif qed tibda sena skolastika ġdida.
    • Il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun fl-4.30pm, minflok fil-5.00pm.
  4. Avviżi oħra:
    • Mit-Tlieta 03/10 se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat”, b’laqgħa kull nhar ta’ Tlieta filgħodu fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan il-grupp hu miftuħ għan-nisa kollha: miżżewġa, romol u xebbiet b’opportunita’ ta’ tagħlim u rikreazzjoni. L-ewwel laqgħa tal-grupp se tkun ħarġa fiċ-Ċentru ESPLORA. Aktar dettalji mill-membri tal-kumitat jew mis-sagristija.
  5. Il-Knisja tiddedika x-xahar id-dieħel lir-Rużarju. F’Ottubru din it-talba tingħad darbtejn kuljum fil-Knijsa; wara l-quddiesa tas-7.30am u fis-6.00pm quddiem Ġesui’ Sagramentat. Se tingħad ukoll f’żoni differenti b’inizjattiva tal-Leġjun ta’ Marija. Fuq kollox inħeġġu li r-Rużarju jingħad fil-familji tagħna.
    • Il-festa tal-Madonna tar-Rużarju se tiġi ċċelebrata s-Sibt 07/10. Il-quddiesa tal-4:30pm tkun animata mill-kor parrokkjali u fiha jitbierku l-kuruni tar-Rużarju. Fil-5.15 pm mistiedna nitolbu flimkien ir-Rużarju waqt purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġużé Abela, Għar Bittija, il-31 ta’ Diċembru 1678, l-Irdum, il-Kbira, u l-Parroċċa. Fi tmiem tal-purċissjoni, tingħata l-Barka Sagramentali.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 540 bħala ġabra speċjali b’risq l-Art Imqaddsa;
    • € 5 bħala donazzjoni għall-manutenzjoni tal-knisja;
    • € 180 bħala donazzjonijiet b’risq il-Caritas li qed tikkoordina ġbir ta’ fondi għal Marokk u l-Libja li ntlaqtu minn terremot u għargħar. Aktar donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet li mbagħad iwassalhom il-Caritas jew b’kontijiet bankarji li l-Caritas għandha apposta. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.