avvizi parrocca

Avviżi – 19.11.2023

Avviżi – 19.11.2023  –  It-33 Ħadd ta’ matul is-Sena – Jum il-Foqra

  1. It-Tnejn 20/11, It-Tlieta 21/11, u l-Ħamis 23/11:
    • Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser jkun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof.
  2. Il-Ħamis 23/11:
    • Bejn is-6.30 u t-8.30pm il-Knisja f’Malta se tlaqqa’ l-ewwel sessjoni tal-Assemblea Djoċesana fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK) f’Birkirkara. It-tieni sessjoni ssir l-għada l-Ġimgħa 24/11 fl-istess post u ħin.
  3. Il-Ħadd 26/11, is-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu:
    • Il-ġabra fil-quddies tkun b’risq il-festa esterna ta’ Santa Marija.
    • Fil-5.00pm – Kulħadd mistieden għal Ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Sultan immexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna bit-talba tal-Għasar u l-Barka Sagramentali. Din ser issir fil‑Bażilika ta’ Kristu Re’, Raħal il-Ġdid.
  4. Avviżi oħra:
    • Ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru tas-sena d-dieħla, mingħand dawk li għandhom ħuthom diġà jattendu fi skola tal-Knisja, dawk li huma mpjegati fi skola tal-Knisja, u dawk li qegħdin fi skola primarja tal-Knisja li ma għandhiex sekondarja marbuta magħha. Applikanti oħra, minn skejjel tal-Gvern u indipendenti, jkunu jistgħu japplikaw aktar ’il quddiem. L-informazzjoni tinkiseb mill-iskejjel tal-knisja u mill-website tal-Arċidjoċesi, fit-taqsma skejjel tal-knisja.
    • Dan il-weekend fuq iz-zuntier għandna volountiera ta’ Hospice Malta li qed jilqgħu donazzjonijiet b’risq l-aħħar fażi tal-proġett St Michael Hospice – faċilita’ li se tilqa’ pazjenti morda bil-kanċer u mard ieħor u tipprovdi kura paljattiva b’xejn u servizzi ta’ appoġġ lill-qraba. Inkunu ġenerużi.
    • Fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali bħalissa qed tittella wirja ta’ ritratti, krafts, bizzilla u affarijiet relatati mat-trobbija tan-naħal. Il-wirja qed issir b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali bil-kollaborazzjoni tar-Reġjun Punent. Tistgħu żżuru l-wirja:
      • is-Sibt 18/11 sat-8.00 p.m.; u
      • il-Ħadd 19/11 bejn it-8.00 am u 12.00pm
    • Għal żmien il-Milied qed nippjanaw diversi attivitajiet fosthom:
      • Pageant fil-Lejl tal-Milied fil-knisja bis-sehem tat-tfal. Għalhekk, tfal fl-etajiet ta’ bejn is-7 u l-14-il sena li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba jinkitbu fis-sagristija mill-aktar fis.
      • Il-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex fi żmien il-Milied ser issir il-Ħamis 28 ta’ Diċembru. Aktar dettalji ‘il quddiem.
    • Il-kitba tal-intenzjonijiet tal-quddiesa għas-sena 2024 b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin qed jintlaqgħu permezz ta’ mili ta’ formoli apposta li jistgħu jinġabru minn fuq il-mejda tal-offerti. Il-formoli tistgħu teħduhom magħkom id-dar, timlewhom, iġġibuhom magħkom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti.
    • Qed jintlaqgħu bookings għall-ġita ta’ ġurnata Christmas Shopping fi Sqallija li se norganizzaw nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru. Dawk interessati għandhom ikellmu lill-Arċipriet jew iħallu isimhom fis-sagristija jew fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.