Avviżi – 26.11.2023 – L-34 Ħadd ta’ matul is-Sena: Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu
- Illum 26/11, Solennità ta’ Kristu Sultan:
- Fil-5.00pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi Ċelebrazzjoni Djoċesana fil-Bażilika ta’ Kristu Re’ f’Raħal Ġdid. Kulħadd mistieden.
- It-Tlieta 28/11:
- Filgħodu ser isir nofs ta’ nhar irtir bi tħejjija għall-Avvent organizzat mill-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. L-irtir ser isir fil-kumpless Sant’Agata, ir-Rabat, u miftuħ għal kulħadd. Min hu mħajjar jattendi javża lill-membri tal-kumitat. It-trasport jitlaq fid-9.00am minn ħdejn l-għassa u lura Ħad-Dingli fis-12.45pm.
- Il-Ħamis 30/11:
- Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 1/12, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8.30am u fis-5.45pm jkollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
- Fis-7.00pm Radju Marija jistedinkom għal taħdita minn Patricia Sandoval, waħda mill-aqwa kelliema favur il-ħajja. It-taħdita se tingħata fis-sala Teresa Spinelli, fl-iskola Santa Monika, Birkirkara.
- Is-Sibt 02/12:
- Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal fid-djar fil-ħin ta’ nofs in-nhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu sa nhar il-Ħamis fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Fil-quddiesa tal-4.30pm jsir it-tberik tal-girlanda tal-Avvent.
- Il-Ħadd 03/12 ikun l-Ewwel Ħadd tal-Avvent u nagħtu bidu għal sena liturġika ġdida – Sena B
- Fid-9.30am quddiesa speċjali li fiha nistiednu lill-familji bit-tfal u l- adoloxxenti.
- Ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja.
- Fit-3.00pm il-Life Network Foundation Malta qed torganizza Mixja favur il-Ħajja fil-Belt.
- Avviżi oħra:
- Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2024. L-informazzjoni tinkiseb mill-iskejjel tal-Knisja stess u mill-website tal-Arċidjoċesi: knisja.mt fit-taqsima skejjel tal-knisja.
- Għal sena oħra, il-parroċċa qed tagħmel stedina lil min jixtieq li fi żmien il-Milied joffri rigal lit-tfal residenti f’Dar Fra Diegu biex jiġbor mingħand il-membri adulti tal-Kummissjoni Tfal envelope li fih l-informazzjoni kollha ta’ x’għandu jsir.
- Mill-jiem li ġejjin, fil-Knisja se jkollna kaxxi ħdejn il-bibien tal-ġnub biex inġibu oġġetti tal-ikel u ħelu li fl-aħħar tal-Avvent se jingħataw lill-Fondazzjoni Familji fil-Bżonn.
- Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, li tkun festa pubblika, qed norganizzaw ġita ta’ ġurnata Sqallija għax-xiri tal-Milied. Fadal l-aħħar ftit postijiet u għalhekk dawk interessati għandhom ikellmu lill-Arċipriet jew iħallu isimhom fis-sagristija jew fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 400 bħala ġabra b’risq il-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja; u
- € 30 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi tal-kontribut tagħkom.
- Fl-aħħar jiem għaddiet għal ħajja ta’ dejjem oħtna Carol Azzopardi. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
Ikkummenta