avvizi parrocca

Avviżi – 03.12.2023

Avviżi – 03.12.2023  –  L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 03/12, L-Ewwel Ħadd tal-Avvent:
    • Nagħtu bidu għal sena liturġika ġdida – Sena B
    • Fid-9.30am – quddiesa li għaliha nistiednu b’mod speċjali lill-familji bi tfal u adoloxxenti.
    • Fit-3.00pm – Il-Life Network Foundation Malta qed torganizza Mixja favur il-Ħajja fil-Belt. Tibda minn ħdejn il-Berġa ta’ Kastilja.
  2. Il-Ħamis 07/12:
    • Bejn is-6.00pm u t-8.00pm – Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal qed torganizza attività għat-tfal kollha f’Malta u li għaliha se jattendi l-Arċisqof. Din ser issir fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara, bl-isem: Ħolqa ma’ Ħolqa ma’ Marija: Rużarju lejlet il-Kunċizzjoni. Il-Kummissjoni Tfal Dinglin ser tkun preżenti u se tanima t-tielet posta tal-ferħ.
    • Fis-7.00pm – wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 8/12, Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni:
    • Tkun ħaġa sabiħa li dakinhar nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ħinijiet ser ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa iżda se tiżdied quddiesa oħra fit-8.30 am.
    • F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, jiftaħ il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa. Dan jibqa’ għaddej sal-Erbgħa 13/12.
  4. Is-Sibt 9/12:
    • Fl-4.30pm – Il-quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  5. Il-Ħadd 10/12, It-Tieni Ħadd tal-Avvent:
    • Mit-8.30am sas-1.00pm – Wieħed jista’ jkun ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi jagħti d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Meħtieġa l-maskra u l-karta tal-identita’.
  6. Avviżi oħra:
    • Infakkru li għal sena oħra, il-parroċċa qed tistieden lil min jixtieq joffri rigal għal żmien il-Milied lit-tfal residenti f’Dar Fra Diegu biex jiġbor mingħand il-membri adulti tal-Kummissjoni Tfal envelope bl-informazzjoni kollha ta’ x’għandu jsir.
    • Fuq wara tal-knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel li se jingħataw bħala għajnuna lill-Fondazzjoni Familji fil-Bżonn.
    • Jekk għad hawn xi ħadd li nhar il-Ġimgħa jixtieq jingħaqad mal-grupp tal-parroċċa fi Sqallija jista’ jkellimna sal-lum.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 30 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  8. Nitolbu għal ruħ Frans Scicluna li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.