avvizi parrocca

Avviżi – 31.12.2023

AvviżI – 31.12.2023  –  Festa tal-Familja Mqaddsa

  1. Illum 31/12:
    • L-aħħar jum tal-Kwaranturi. Inħeġġiġkom biex bejn nofsinhar u l-5.00 ta’ filgħaxija ssibu ħin tiġu l-Knisja għal mumenti privati ta’ talb quddiem Ġesu’ Sagramentat;
    • Bejn l-4.15 u l-5.00pm ser ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
    • Fil-5.00pm tibda l-quddiesa ta’ tmiem is-sena li fiha nroddu ħajr lil Alla għas-sena 2023 u f’għeluq it-345 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum, u tingħata l-Barka Sagramentali.
  2. It-Tnejn 01/01, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi:
    • Għandna l-obbligu nieħdu sehem fil-quddiesa u għalhekk il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00pm.
    • Il-ġbir fil-quddies ikun strina għas-sagristana li huma kollha voluntiera.
  3. L-Erbgħa 03/01:
    • Filgħaxija, il-judges tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju u tal-isbaħ tieqa armata ser iduru lill-parteċipanti fid-djar tagħhom.
    • Fis-6.30pm – Quddiesa animata mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija b’radd il-ħajr lil Alla u lill-Madonna tal-10 snin mit-twaqqif mill-ġdid tal-Praesidium f’Ħad-Dingli.
  4. Il-Ħamis 04/01:
    • Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 05/01, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; u
    • Fit-8.30am u fis-5:45pm jkollna qrar fil-knisja.
  6. Is-Sibt 06/01:
    • Fil-5.30pm – Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet (2023).
  7. Il-Ħadd 07/01, Solennità tal-Epifanija tal-Mulej.
    • Fid-9.15am – Purċissjoni qasira flimkien mal-Maġi mill-Kappella tal-Adorazzjoni tal-Oratorju Salesjan lejn il-Knisja, li tagħti bidu għall-quddiesa tad-9.30am. Mistiedna b’mod speċjali l-ġenituri u uliedhom, flimkien ma’ dawk li ġew joqgħodu ġodda fil-parroċċa tagħna.
  8. Avviżi oħra:
    • Infakkar li matul il-ġimgħa d-dieħa l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq u jerġa’ jiftaħ nhar it-Tlieta 9 ta’ Jannar.
    • Dawk li għadhom ma tawx id-donazzjoni għad-Dar tal-Providenza bħala parti mill-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” jistgħu jħallu l-envelope tagħhom fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti sal-ewwel tas-sena filgħaxija. L-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza qed tistieden lil kulħadd biex it-Tnejn inżuru d-dar waqt Open Day.  Il-flus miġbura mill-parroċċa tagħna se jiġu ppreżentati dakinhar filgħaxija waqt l-attivitajiet tal-Festa ta’ Ġenerożità.
    • Il-biljetti tal-lotterija organizzata mill-Kumitat Festa Esterna qed jintlaqgħu sat-Tnejn 01/01 fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti. Il-lotterija titla’ t-Tlieta.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 40 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.