Avviżi – 07.01.2024 – Solennità tal-Epifanija tal-Mulej
- Illum 07/01:
- Fid-9.15am – Purċissjoni flimkien mal-Maġi mill-Kappella tal-Adorazzjoni tal-Oratorju Salesjan lejn il-Knisja, li tagħti bidu għall-Quddiesa tad-9.30am. Mistiedna b’mod speċjali għal din il-quddiesa ġenituri u tfal, flimkien ma’ dawk li ġew joqgħodu ġodda fil-parroċċa tagħna. Fi tmiem il-quddiesa jingħataw il-premijiet tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju u tieqa mżejna.
- It-Tlieta 09/01:
- Fid-9.30am – Ikomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali. Mit-Tlieta ta’ wara mbagħad ikomplu t-taħdidiet dwar kif tista’ tiżviluppa ħiliet biex tindirizza l-istress u tkampa aħjar ma’ sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja. Dawn il-laqgħat ser isiru b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa u huma miftuħa għal kulħadd.
- Il-Ħamis 11/01:
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Is-Sibt 13/01:
- Fil-5.30pm – L-Arċisqof qed jistieden lill-għarajjas li se jiżżewġu matul din sena għal quddiesa li ser imexxi għalihom fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt.
- Avviżi oħra:
- Fl-Istitut Agostinjan sejra tibda sensiela ta’ lezzjonijiet dwar Santu Wistin. Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jkelllem lil Patri Salvinu Caruana, Agostinjan.
- F’isem id-Direttur u l-Istaff tad-Dar tal-Providenza ngħidilkom grazzi u prosit tal-ġenerożità li ntweriet bl-għotja sabiħa ta’ € 5,620 permezz tal-kampanja ‘Minn Qalbna lill-Anġli’. Il-flus ġew ippreżentati nhar l-ewwel tas-sena filgħaxija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 70 bħala donazzjonijiet b’risq ix-xiri tal-pasturi tal-Presepju;
- € 115 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja; u
- Hospice Malta nfurmawna li mill-ġbir li għamlu fuq iz-zuntier f’nofs Novembru nġabret is-somma ta’ € 553.90. Grazzi.
- Nitolbu għal Antonia Fenech li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta