avvizi parrocca

Avviżi – 14.01.2024

Avviżi – 14.01.2024  –  It-2 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 16/01:
    • Fid-9.30am – Laqgħa organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali u li hi parti minn sensiela ta’ taħdidiet dwar kif tista’ tiżviluppa ħiliet biex tindirizza l-istress u tkampa aħjar ma’ sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja. Kulħadd mistieden.
    • Fis-7.15pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  2. Il-Ħamis 18/01:
    • Fis-7.00pm – Adorazzjoni komunitarja quddiem Ġesù sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 19/01:
    • Fis-6.30pm – Servizz Ekumeniku Djoċesan fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara li tibda il-Ħamis li ġej bit-tema: “Għandek tħobb il-Mulej Alla tiegħek . . . u lil għajrek bħalek innifsek.” (Luqa 10:27). Dan ser isir fil-Knisja tal-Iskoċċiżi, Triq Nofs in-Nhar, il-Belt Valletta. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun qed jieħu sehem. Kulħadd mistieden.
  4. Il-Ħadd 21/01, It-3 Ħadd ta’ matul is-Sena u Ħadd il-Kelma t’Alla:
    • Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw ukoll Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa’ qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-Knisja.
  5. Avviżi oħra:
    • Waslet ir-rivista FLIMKIEN għax-xhur ta’ Jannar u Frar u għalhekk nistedinkom tieħdu kopja minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
    • Infakkar fil-Kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Sależjan li tkun miftuħa kuljum, anke s-Sibt u l-Ħadd, bejn is-7.30am u d-9.00pm. Dan hu post għat-talb fis-skiet quddiem Ġesú Ewkaristija. Tajjeb li nersqu fi ħdan il-Mulej f’din il-kappella għal ftit ħin ta’ talb.
    • Il-kartolini li rċevejna dan il-Milied nistgħu niġbruhom u nirriċiklawhom b’risq il-missjoni. Min irid jista’ jħallihom f’kaxxi apposta ħdejn il-bibien tal-knisja.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 970 bħala ġabra speċjali għax-xiri tal-pasturi tal-presepju;
    • € 85 bħala donazzjonijiet bl-istess għan;
    • € 100 bħala donazzjoni b’risq il-proġett tad-damask għal okkazjonijiet matul is-sena. Nirringrazzjawkom.
  7. Nitolbu għal ruħ Anthony Galea li għadda għal ħajja ta’ dejjem.
    • Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.