Avviżi – 21.01.2024 – It-3 Ħadd ta’ matul is-Sena u Ħadd il-Kelma t’Alla
- Illum 21/01:
- Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw ukoll Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-Knisja. Inħeġġiġkom tiġu tfaħħru isem il-Mulej, titolbu għall-bżonnijiet tagħkom u b’riparazzjoni għad-dagħa.
- It-Tlieta 23/01:
- Fid-9.30am – Laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali li hi parti minn programm ta’ taħdidiet b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa biex jgħin lill-persuna tiżviluppa l-ħiliet biex tilqa’ għall-istress u tkampa aħjar ma’ sitwazzjonijiet ta’ sfida fil-ħajja. Kulħadd mistieden.
- Il-Ħamis 25/01:
- Fis-7.00pm jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-knisja.
- Is-Sibt 27/01:
- Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba sal-Ħamis li ġej (25/01) fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- Avviżi oħra:
- Matul din il-ġimgħa l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq.
- Kif imwiegħed, il-parroċċa qed tippubblika r-rendikont finanzjarju tal-proġett tar-restawr tal-apramorta u l-koppla tal-knisja. Il-proġett sewa b’kollox €106,144.42. Id-dħul għalih kien jammonta €106,660.52. Għalhekk il-proġett tħallas kollu u fadal bilanċ ta’ € 516.10. Ir-rendikont dettaljat jinsab ippubblikat għall-informazzjoni ta’ kulħadd fin-notice-boards ta’ barra l-Knisja. Fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa hemm ukoll feature awdjo-viżiv li jispjega x-xogħol kollu li sar. L-Arċipriet flimkien man-nies kollha nvoluti fil-koordinament ta’ dan il-proġett, nirringrazzjaw lil kulħadd ta’ kull għajnuna, inkluż dik finanzjarja, li ngħatat biex stajna nagħmlu u nħallsu dan il-proġett kbir u importanti.
Ikkummenta