avvizi parrocca

Avviżi – 07.04.2024

Avviżi – 07.04.2024  –  It-2 Ħadd tal-Għid – Ħadd il-Ħniena Divina

  1. Illum 07/04, it-2 Ħadd tal-Għid – Ħadd il-Ħniena Divina:
    • Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Knisja; u
    • Fil-5.00pm tibda l-quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali.
    • Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum jibda jkun fil-5.00pm.
  2. It-Tlieta 09/04:
    • Fid-9.30am jkomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-ċentru. Il-laqgħa li jmiss se tkun dwar is-solitudni u l-kelliema se tkun mill-Aġenzija Appoġġ.
  3. Is-Sibt 13/04:
    • Fid-9.30am l-Arċisqof ser imexxi quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li fiha 4 persuni se jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.
  4. Il-Ħadd 14/04, it-3 Ħadd tal-Għid, ikun ukoll Jum il-Karità:
    • Il-ġabra tkun għall-istituzzjonijiet ta’ karità li għandha l-Knisja f’Malta.
  5. Avviżi oħra:
    • Matul din il-ġimgħa jkompli t-tberik tal-familji. Il-programm sħiħ jinsab fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa, fin-notice-boards tal-knisja u qed jitqassam fid-djar ukoll. Inħeġġeġ lill-membri tal-familji biex ikunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
  6. Matul żmien ir-Randan, mill-parroċċa tagħna saru dawn il-ġesti sbieħ ta’ karita’:-
    • Inġabru b’riżq is-Segratarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika:
      1. € 375 f’donazzjonijiet mill-kaxxa għall-karità;u
      2. € 185 f’donazzjonijiet mit-tfal mill-Karus ta’ Mħabba.
    • Lill-familji fil-bżonn għenniehom permezz ta’ 24 hamper b’diversi oġġetti u prodotti tal-ikel miġbura fil-kaxxi li kellna fejn il-bibien tal-Knisja.
    • Kien hemm ukoll 20 persuna li resqu biex jagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit. Grazzi u prosit.
  7. Illum 07/04, l-uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunita’ jixtiequ jiltaqgħu mar-residenti ta’ Ħad-Dingli. Se jkunu fuq iz-zuntier bejn il-11.30am u n-12.30pm.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 100 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja u s-sehem tal-parroċċa għall-installazzjoni ta’ sistema ġdid ta’ dawl għall-knisja. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.