avvizi parrocca

Avviżi – 14.04.2024

Avviżi – 14.04.2024  –  It-3 Ħadd tal-Għid – Jum il-Karità

  1. It-Tlieta, 16/04:
    • Fid-9.00am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru.
  2. Il-Ħamis 18/04:
    • Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  3. Is-Sibt 20/04:
    • Fid-9.30am Monsinjur Arċisqof se jmexxi l-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti f’quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.
    • Mill-5.15pm ‘il quddiem il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija Ħad-Dingli”.
  4. Avviżi oħra:
    • Waslet ir-rivista FLIMKIEN għax-xhur ta’ Marzu u April, u għalhekk nistedinkom tieħdu kopja minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
    • Nirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li qed tagħtuna fit-tberik tal-familji. Infakkru li l-programm sħiħ jinsab fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa, fin-notice-boards tal-knisja, u tqassam ukoll fid-djar. Inħeġġeġ lill-membri tal-familji biex ikunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
    • Il-Kappella tal-Adorazzjoni, fl-Oratorju Salesjan, tkun miftuħa kuljum – mit-Tnejn sal-Ħadd – mis-7.30am sad-9.00pm. Dan hu post fejn nistgħu nqattgħu ftit ħin ta’ talb fis-skiet, fil-preżenza ta’ Ġesu’ Ewkaristija.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 750 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja u s-sehem tal-parroċċa għall-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl aktar effiċjenti għall-knisja; u
    • € 75 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Nirringrazzjakom.
  6. Nitolbu għal Noel Micallef li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.