avvizi parrocca

Avviżi – 21.04.2024

Avviżi  – 21.04.2024  –  Ir-4 Ħadd tal-Għid – Jum il-Vokazzjonijiet

  1. It-Tlieta, 23/04:
    • Fid-9.30am – Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru b’taħdita informattiva minn Dr Carmen Portelli.
  2. Il-Ħamis 25/04:
    • Fis-7:15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
  3. Is-Sibt 27/04:
    • Fis-6.30pm – Il-Quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  4. Avviżi oħra:
    • Filwaqt li nirringrazzjakom tal-laqgħa sabiħa li qegħdin tagħtu lilna s-saċerdoti waqt it-tberik tal-familji, infakkar li t-tberik ikompli l-ġimgħa d-dieħla skont il-programm li jinsab fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa, fin-notice-boards tal-knisja, u tqassam ukoll fid-djar. Inħeġġeġ lill-membri tal-familji biex ikunu preżenti flimkien għat-tberik.
    • Il-Kummissjoni Tfal Dingli ser tkun qed torganizza ikla bħala ġest ta’ karita’ għal Dar Fra Diegu. Din ser issir nhar il-Ħadd 5/05 f’nofsinhar fir-restaurant tal-każin tal-banda.
    • Matul din il-ġimgħa li ġejja kollha ser issir Ġimgħa Ewkaristika madwar Malta fl-okkażjoni tat-tberik tal-Kappella tal-Adorazzjoni Perpetwa, iddedikata lill-Annunzjata, fil-Floriana. Wieħed jista’ jara l-programm kollu fuq in-notice boards tal-knisja.
  5. Fil-jiem li għaddew daħlu:
    • € 750 mill-ġabra li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Knisja għall-ħidmiet ta’ karita’ mwettqa mill-Knisja f’Malta; u
    • € 15 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja u s-sehem tal-parroċċa għall-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl aktar effiċjenti għall-knisja. Grazzi.
  6. Nitolbu għal ruħ Arnold Farrugia li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.