avvizi parrocca

Avviżi – 19.05.2024

Avviżi  – 19.05.2024  –  Għid il-Ħamsin – Pentekoste

  1. Illum 19/05:
    • Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  2. It-Tnejn 20/05:
    • Fis-5.45 pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mat-tfal (subien u bniet) li l-Ħadd li ġej ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ssir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Din il-ġimgħa dawn it-tfal se jkollhom diversi attivitajiet bi tħejjija għall-Ħadd li ġej. Inħeġġu lilhom u l-ġenitrui jsegwu l-programm li ngħatalhom.
  3. It-Tlieta 21/05:
    • Fis-7.30 pm – Jingħad Rużarju fil-beraħ ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  4. Il-Ħamis 23/05:
    • Fis-7.00 pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
  5. Il-Ġimgħa 24/05:
    • Fil-5.00 pm – Rehearsal u l-aħħar preparamenti għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-knisja.
  6. Is-Sibt 25/05:
    • Mill-5.00pm – Servizz ta’ qrar fil-knisja għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
  7. Il-Ħadd 26/05, it-Trinità u Jum l-Ewwel Tqarbina:
    • Fid-8.45am – Mill-Mużewijiet titlaq purċissjoni lejn il-Knisja mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina;
    • Fid-9.30am – Tibda l-Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina.
    • Minħabba l-preċett, il-Ħadd li ġej il-quddiesa tal-11:00am se tibda kwarta wara, fil-11:15am.
  8. Avviżi oħra:
    • L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti jirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li tajtuhom meta fil-ġimgħat li għaddew żaru d-djar għat-tberik. Jirringrazzjawkom ukoll tad-donazzjoni li tajtu għall-parroċċa.
    • Il-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ dan l-istaġun resqin lejn tmiemhom. Il-Grupp jiltaqa’ t-Tlieta li ġej fid-9.30am fiċ-Ċentru. L-aħħar laqgħa tkun it-Tlieta ta’ wara u se tieħu l-format ta’ ħarġa soċjali u kulturali fil-kunvent tas-sorijiet tal-klawsura fl-Imdina. Il-ħarġa hi miftuħa għal kulħadd u min hu interessa għandu jinkiteb mal-membri tal-kumitat tal-grupp.
    • Tlesta x-xogħol fuq it-tieni fażi ta’ bdil ta’ kaptelli tal-oqbra tal-komun fiċ-ċimiterju tal-parroċċa. Nirringrazzjaw lil min għamel ix-xogħol u lil min għen b’donazzjonijiet. B’hekk fuq sentejn lestejna l-bdil ta’ nofs il-kaptelli. Bil-għajnuna ta’ Alla, it-tielet fażi ssir fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
    • L-ikla għall-irġiel li l-parroċċa torganizza kull sena qrib Jum il-Missier se ssir nhar il-Ħamis 13/06 filgħaxija.
    • Il-Kap tal-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli tfakkar lill-ġenituri li joqogħdu Ħad-Dingli u li t-tfal tagħhom jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ din is-sena (2024) biex jirreġistraw lil uliedhom mill-aktar fis. Min għadu ma kitibx it-tfal, jista’ jagħmel dan billi jiġbor applikazzjoni mill-iskola stess.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.