Avviżi – 26.05.2024 – It-Trinità Mqaddsa – Jum l-Ewwel Tqarbina
- Illum 26/05:
- Nifirħu u nitolbu għas-27 tifel u 19-il tifla li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
- Fid-8.45am – It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja.
- Fid-9.30am – Tibda l-Quddiesa bl-Ewwel Tqarbina.
- Infakkar li l-quddiesa tal-11.00am tibda fil-11.15am.
- It-Tnejn 27/05, nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum:
- Filgħodu – mis-6.30am sas-7.30am Ġesu’ Sagramentat ikun espost għall-adorazzjoni personali;
- Filgħaxija – Wara l-quddiesa jkollna mumenti ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li tintemm bil-Barka Sagramentali.
- It-Tlieta 28/05:
- Filgħodu, il-Grupp tan-Nisa Magnificat itemm l-istaġun tal-laqgħat b’ħarġa ta’ nofs ta’ nhar fil-Monasteru tas-sorijiet Benedittini ta’ San Pietru fl-Imdina, organizzata mill-Grupp tan-Nisa Magnificat. L-attività hi miftuħa għal kulħadd, b’kull min hu interessat li jattendi għandu jinkiteb għand il-membri tal-kumitat tal-grupp.
- Fis-7.30pm, il-membri tal-Leġjun ta’ Marija qed jistiednu b’mod speċjali lir-residenti li joqogħdu fil-madwar tal-grawnd tal-futbol biex jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius għat-talba tar-Rużarju.
- Il-Ħamis 30/05, Jum sħiħ ta’ Adorazzjoni:
- Minn wara l-Quddies ta’ filgħodu sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal min irid jagħmel ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju fil-Knisja bis-sehem tat-tfal (subien u bniet) tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa tagħna; u
- Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa li fiha ssir l-inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna.
- Il-Ħadd 02/06, Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi:
- Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Fil-5.00pm – Quddiesa solenni mmexxija mis-Sależjan, Dun Sandro Camilleri SDB u animata mill-Kor ‘Regina Coeli’.
- Wara, purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, tal-Iscouts u tal-Girl Guides, tal-Fratelli, u l-banda Santa Marija, li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġuże’ Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa u tintemm bil-Barka Sagramentali fuq iz-zuntier.
- Avviżi oħra:
- Illum 26/05 – Fil-kappella tal-Palazz Verdala, fil-Buskett, qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita. Dettalji fin-notice-boards.
- Fis-sagristija bdejna nilqgħu bookings mingħand l-irġiel għall-attività li nagħmlu kull sena qrib Jum il-Missier. Din is-sena ser tkun nhar il-Ħamis 13/06. Nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa ta’ filgħaxija u wara jkollna ikla għand Taċ-Ċanti, f’Ħaż-Żebbuġ.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 35 f’donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.



Ikkummenta